Commonwealth tan-Nazzjonijiet: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 10:
 
===Oriġini===
 
Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, bosta pajjiżi li kienu jiffurmaw parti mill-Imperu Ingliż bdew isiru aktar indipendenti. F'dan il-perjodu, kienu qiegħdin isiru bosta laqgħat bejn Prim Ministri Brittaniċi u Kolonjali, liema laqgħat wasslu sabiex jiġu żviluppati "Konferenzi Imperjali". F'dawn il-konferenzi, l-indipendenza tal-kolonji kienet aċċettata minn kullħadd, u dan issaħħaħ bid-Dikjarazzjoni ta' Balfour fl-1926, li kienet tgħid li l-Ingilterra u d-dominji tagħha kienu ''ugwali fl-istatus, u bl-ebda mod inferjuri minn xulxin f'kull aspett, intern jew estern, għalkemm maqgħqudin bir-rispett lejn il-kuruna u l-għaqda ħielsa bħala Membri tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet''
 
 
===Wara t-tieni Gwerra===
 
Wara t-[[Tieni Gwerra Dinjija]], dak li kien l-[[Imperu Ingliż]] spiċċa biss erbatax -il pajjiż barra r-[[Renju Unit]], l-aktar minħabba l-qawmien ta' movimenti favur l-indipendenza mill-Ingilterra. Pero', ħafna minn dawn il-pajjiżi xorta baqgħu membri tal-Commonwealth. Il-pajjiżi li għażlu li ma jidħlux fil-Commonwealth huma l-[[Eġittu]], l-[[Iraq]], it-[[Transġordan]], il-[[Palestina]], is-[[Sudan]], is-[[Somalja]], il-[[Kuwajt]], il-[[Bahrain]], l-[[Oman]], il-[[Qatar]], l-[[Emirati Għarab Magħquda]], [[Burma]] u [[Aden]].
 
===Id-Dikjarazzjoni ta' Londra===
 
Fl-1948, ir-Repubblika tal-Irlanda ma baqgħetx tirrikonoxxi lir-Reġina tal-Ingilterra bħala l-Kap tal-Istat tagħha, u għalekk telqet mill-Commonwealth. Dan wassal għal diżgwid bejn il-pajjiżi l-oħra membri tal-Commonwealth, l-aktar l-Indja li kienet se ssir repubblika fl-1950. Dan id-diżgwid issolva f'April 1949, fejn permezz tad-Dikjarazzjoni ta' Londra, l-Indja qablet li tkompli tagħraf lir-Reġina tal-Ingilterra bħala Kap tal-Commonwealth. Bosta pajjiżi oħra mxew fuq il-passi tal-Indja, u bosta jgħidu li din id-Dikjarazzjoni wasslet għall-Commonwealth tallum.