Milied: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 77.71.149.5 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' MerlIwBot
Linja 37:
 
=== F'Betlem ===
 
Betlem tal-lum, belt Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, 8 km 'l isfel minn Ġerusalemm, tkun imżejna bi dwal u dekorazzjonijiet oħra biex jagħtu dehra ta' ferħ lil din il-belt li fiha twieled Ġesù. Ħafna huma l-pellegrini li jżuru din il-belt f'dawn il-granet. F'Lejlet il-Milied il-ftit Insara tal-post (fl-1947 kienu 75% tal-popolazzjoni, fl-1998 niżlu għal 23%), li huma Palestinjani, u l-pellegrini kollha jiffullaw biex jaraw il-purċissjoni drammattizzata li ssir ta' kull sena. Diversi rikkieba fuq iż-żwiemel fosthom pulizija fuq żwiemel ta' razza Għarbija jiftħu l-parata. Warajhom jasal rikkieb waħdu jġorr is-salib. Wara jimxu s-saċerdoti u l-politiċi. Il-Purċissjoni tidħol solennement fil-Knisja tan-Natività fil-Pjazza tal-Maxtura u titqiegħed xbiha antika ta' Ġesù. Taraġ għoli iwasslek f'għar fejn wieħed isib kewkba tal-fidda li timmarka l-post fejn it-tradizzjoni tgħid li twieled Ġesù. Il-ftit djar tal-Insara ikunu mmarkati b'salib fuq il-bieb u kull dar ikollha presepju espost għall-qima. Kewkba kbira tittella' fuq arblu fil-Pjazza tal-Maxtura. Fil-qrib wieħed isib ukoll il-Grotta tal-Ħalib fejn il-Familja Mqaddsa marret tistaħba fil-Ħarba lejn l-Eġittu.
 
Fil-Knisja ta' Betlem il-Milied ikun iċċelebrat tliet darbiet: Il-Kattoliċi jiċċelebrawh fl-24 ta' Dicembru; il-knejjes Griegi Ortodossi, il-Kopti u s-Sirjani fis-6 ta' Jannar; u l-knisja Armenja fid-19 ta' Jannar.=== F'Betlem ===