Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 16:
Ma nafux żgur kif Gafà ħalla Malta għal Ruma u min għenu biex jitlaq. Nistgħu nissusspettaw xi patrunaġġ mill-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Kavalieri]], ekkleżjatiċi jew nobbli Taljani li kienu Malta. L-iskultur żagħżugħ kien ingħata parir għaqli għax daħal fil ''bottega'' tal-iskultur stabbilit, Ercole Ferrata (Pellio Intelvi, 1610 – Ruma, 1686) mill-ewwel meta wasal Ruma. Però, kif jgħid Sciberras, x’aktarx ma’ kienx hemm appoġġ uffiċjali mill-Kavalieri għax meta ġie kkunsidrat għall-ewwel darba għax-xogħol f’[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|San Ġwann]], l-ambaxxatur tagħhom f’Ruma sejjaħlu ‚"un certo Maltese" u żgur li ma kienx jgħid hekk kieku kienu jafuh sewwa. Hemm suġġeriment li kellu l-għajnuna ta’ Fabio Chigi, li sar Papa Alessandru VII, li kien delegat Apostoliku bejn l-1634 u l-1639 u kien joqgħod il-Birgu. Suġġeriment ieħor hu li kien megħjun mill-kavalier Fra Giovanni Bichi, li kien dam joqgħod Malta imma dak iż-żmien kien ilu ftit joqgħod Ruma. M’hemm l-ebda konferma għal dawn is-suġġerimenti.
 
Meta daħal fil-bottega ta’ Ferrata, l-ewwel xogħlijiet tiegħu kienu statwi għal knejjes fil-belt, [[Valletta]]: Il-Madonna tar-Rużarju għal knisja tad-Dumnikani (din waslet Malta f’Mejju ta’ ltal-1661) u San Pawl għall-knisja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl (din kienet ordnata mill-familja Testaferrata u mogħtija lill-knisja qabel 1694). It-tnejn jidhru li kienu influwenzati mill-istil tal-iskultur [[Bolonja|Bolonjiż]] Alessandro Algardi.
 
L-ewwel kummissjoni indipendenti importanti tiegħu kienet fl-1660 għall-knisja prestiġjuża ta’ Sant'Agnese in Angone, f’Piazza Navona. Din kienet għat-titular skolpit ta’ ltal-altar ta’ Sant'Ewstakju u ordnah Camillo Pamphili. Kif jidher mill-abbozzi Gafà ħadem ħafna fuq il-preparazzjoni għal dan ix-xogħol. Pamphili tant għoġbuh dawn il-buzzetti li fl-1663 tah kummissjoni oħra biex jagħmel statwa li tirrapreżenta l-''Karità ta’ San Tumas'' għall-kappella tal-familja tiegħu fil-knisja ta’ Santu Wistin, ukoll f’Piazza Navona. Pamphili tant kien impressjonat bil-mudell ta’ San Tumas li ordna inċiżjoni li saret minn Pietro del Po.
 
Sadattant l-istil ta’ Gafà żviluppa u tbiegħed minn Algardi u resaq iżjed lejn [[Gian Lorenzo Bernini|Bernini]] mingħajr ma waqa’ taħt il-ħakma tiegħu. Minkejja s-suċċess tiegħu, Gafà baqa’ jaħdem fl-istudju ta’ Ferrata u bejn l-1663 u l-1667, hu u Ferrata kienu joqgħodu fl-istess dar. Però jidher li Gafà kellu grupp jaħdem miegħu. Per eżempju, fl-1664 l-iskultur Sqalli Pietro Papaleo kien student tiegħu u l-pittur Michelangelo Mamilla kien jogħqod miegħu.
Linja 24:
Il-fama ta’ Gafà baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma lesta xejn biex jidher fil-publiku, fl-1662 daħħluh fl-Akademja ta’ San Luqa u fis-Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon. Fl-istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrapreżenta l-Apoteożi ta’ Santa Katerina ta’ Siena għall-knisja tad-Dumnikani ta’ Santa Caterina a Magnapoli.
 
Fl-istess żmien, Gafà, li kellu konnessjoni qawwija ma’ lmal-ordni tad-Dumnikani (forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan), kiseb ordni għal statwa ta’ Santa Roża ta’ Lima biex tintuża fiċ-ċeremonji tal-beatifikazzjoni u wara titieħed fil-knisja ta’ San Domingo, f’[[Lima]], il-[[Peru]]. Ir-rappreżentazzjoni tal-qaddisa qiegħda tmut, li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat 'l Bernini, kienet suċċess u saru ħafna kopji tagħha fil-metal. Id-data fuq l-istatwa hi 1665.
 
Dik is-sena, waqt li Gafà kien qiegħed jaħdem fuq erba’ kummissjonijiet monumentali, ikkuntattjawh il-Kavalieri ta’ Malta. Sa dak iż-żmien kellu xogħol biż-żejjed u pożizzjoni stabilita biż-żejjed li seta’ jgħid ‘l Gran Mastru [[Cottoner]] biex jistenna sa meta jmissu. Wara xi tħassib Gafà accetta x-xogħol u mar Malta biex jiftiehem fuq il-grupp tal-Magħmudija ta’ [[San Ġwann Battista| San Ġwann]] għall-knisja konventwali fil-belt Valletta.
 
Gafà kien Malta minn Jannar sa Mejju ta’ ltal-1666 u kellu miegħu il-pittur Marullo ( li waqt li kien Malta pinġa t-titular f’kappella fil-knisja ta’ San Pawl tar-Rabat) u tifel ta’ 13-il sena Antonio Garsin. Matul dan iż-żmien għamel abbozzi għal San Ġwann u kiseb ordnijiet oħra: reredos għall-kappella ta’ Franza f’San Ġwann u ieħor għall-Knisja ta’ ltal-Erwieħ, il-belt Valletta, statwa ta’ San Pawl għall-grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat u lampier-relikwarju għall-knisja ta’ San Pawl.
 
Sa nofs l-1667 Santa Roża kienet lesta. Jidher li Ġafà kellu xi interess fil-proġett għall-kolonata tal-Vatikan. Ħadem ukoll fuq bust tal-papa Alessandru VII u kellu kummissjoni għal statwa kbira ta’ Alessandru III għad-Duomo ta’ Siena. Kien wieħed mill-iżjed skulturi mfittxa f’Ruma, imma miet f’daqqa fl-4 ta’ Settembu 1667. Indiefen fil-knisja ta’ San Biagio della Pagnotta f’Ruma.
Linja 41:
*Statwa ta’ ''San Pawl'' fil-knisja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-belt [[Valletta]] (ċa. 1659).
*Statwa tal-''Madonna tar-Rużarju'' fil-Knisja tad-Dumnikani, ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]], Malta (1660-61).
*Statwa ta’ ltal-irħam ta’ ''Santa Roża ta’ Lima fl-agunija tal-mewt'' (iffirmata bid-data 1665; [[Lima]], Santo Domingo) kienet iċ-ċentru fiċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni tal-qaddisa fl-1668 f’Santa Maria sopra Minerva, [[Ruma]] u mibgħuta l- Peru immedjatament wara ċ-ċerimonji.
*Ir-reliev fl-irħam abjad ta’ ltal-'' Apoteożi ta’ Santa Katarina ta’ Siena'' fil-knisja ta’ Santa Caterina a Magnanapoli, [[Ruma]]. M’hemmx data għal din l-opra imma hu ġeneralment aċċettat li lestiha hu stess fl-1667 jew qabel.
*Bust tal-papa Alessandru VII: Hemm verżjoni tat-terracotta f’Palazzo Chigi f’Ariccia. Fil-[[Metropolitan Museum]], [[New York]] hemm verżjoni tal-bronż iffirmata (bid-data 1667) [http://www.metmuseum.org/toah/hd/baro/hob_57.20.htm (ritratt hawn)] u hemm bronż ieħor fid-Duomo ta’ [[Siena]].
 
Hemm numru ta’ statwi tat-terracotta fil-Mużew Èrmitaž f’San Pietruburgu
[http://www.hermitagemuseum.org/fcgi-bin/db2www/quickSearch.mac/gallery?selLang=English&tmCond=Caffa%2C+Melchiore+&Go.x=11&Go.y=11 (ara hawn)], ir-Russja, fil-Mużew Nazzjonali ta’ ltal-Arti, il-belt Valletta, fil-Museo di Palazzo Venezia, [[Ruma]] u f’Palazzo Braschi, Museo di Roma.
 
Xogħlijiet mhux spiċċati li komplihom Ercole Ferrata, p. eż.:
 
*''Il-Martirju ta’ Sant’Ewstakju'' fil-knisja ta’ Sant'Agnese in Agone, [[Ruma]] (1660-69).
*''San Tumas ta’ Villanova jqassam il-Karità'' fil-knisja ta’ Sant'Agostino, [[Ruma]] (1663-69). L-abbozz tat-terracotta qiegħed fil-Mużew Nazzjonali ta’ ltal-Arti, il-belt [[Valletta]].
*Statwa ta’ ltal-irħam tal-''Papa Alessandru III'' fid-Duomo ta’ [[Siena]] (1665/66).
*Statwa ta’ ltal-irħam ta’ ''San Pawl'' fil-grotta ta’ San Pawl, ir-[[Rabat]], Malta (1666-69).
 
==Noti==