Ġiljan l-Ospitalier: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 21:
 
== Il-Leġġenda ==
Aktarx li l-leġġenda ta’ San Ġiljan taf il-bidu tagħha fil-Medju Evu, fi Franza jew fil-Belġju. Din il-leġġenda malajr xegħlet l-immaġinazzjoni popolari ta’ l-Ewropej medjevali. San Ġiljan kien magħruf, l-istess bħall-Arkanġlu [[San Rafel]] u bħal [[San Kristoforu]], bħala patrun tal-vjaġġaturi, u wkoll bħala patrun tadtal-dvernaralukandiera u tal-ibliet ta’ Gand u ta’ Macerata. Fid-Decameron (1353) ta’ [[Boccaccio]], l-ewwel kapolavur letterarju tar-[[Rinaxximent]] Taljan (fil-ħdax -il jum, il-ħdax -il novella) diġà niltaqgħu mal-Paternoster ta’ San Ġiljan li sal-ġurnata tal-lum għadu jgħaddi minn fomm għal fomm f’ħafna nħawi tal-[[Italja]]. Il-leġġenda ta’ San Ġiljan ispirat ħafna poeżija popolari fit-tradizzjoni tal-Leggenda Aurea tal-aġjografu Ġenwiż, id-Dumnikan Giacomo da Vararazze. Il-punti ewlenin tal-leġġenda jinsabu miġburin f’orazione popolari ta’ endekasillabi (versi bi ħdax-il sillaba) epiċi. Din kienet imxandra mal-Italja kollha, mir-Romagna sal-Kalabrija. Din l-orazione nsibuha wkoll fil-[[Biblijoteka Nazzjonali ta' Malta|Biblijoteka Nazzjonali]] tagħna, fil-Belt Valletta u tmur lura sas-seklu ħmistax, skond il-paleografu awtorevoli [[Dom Mauro Inguanez]]. Fl-1902 dehret għall-ewwel darba bil-Malti, f’forma ta’ proża, bl-isem ‘Il-Kaċċatur u iċ-Ċerv -Ġrajja tal-Fjandri’ fis-sensiela Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien. Il-leġġenda ispirat ukoll xogħlijiet ta’ l-arti mill-aqwa. Fis-seklu tlettax insibu vetrata mill-isbaħ li tirrafigura lil San Ġiljan, ta’ artist mghux magħruf, fil-[[Katidral ta’ Chartres]]. Fis-seklu erbatax saru affreski imponenti li juru lill-qaddis fil-Katidral ta’ Trento u fis-seklu ta’ wara saru affreski tiegħu fil-Palazzo Comunale ta’ [[Assisi]].
 
Il-leġġenda tgħid li fil-lejla li fiha twieled San Ġiljan, missieru, minn familja nobbli, ra lis-sħaħar pagani jagħmlu seħer bil-moħbi fuq ibnu, li kellu jkun hu li joqtol lil ommu u lil missieru. Missieru ried jeħles minnu iżda martu ma ħallitux. It-tifel beda jikber u ‘tant kien sabiħ li ommu u missieru kienu mogħmijin warajh’ u kull meta ommu kienet tħares lejh kienet dejjem tinfaqa’ tibki u tgħid ‘Ibni, aħjar li ma twelidt xejn għax għad trid tagħmel dnub kbir.’ Meta Ġiljan kellu madwar għaxar snin, staqsa lil ommu għala kull meta tħares lejh kienet tinfaqa’ tibki. Ommu qaltlu x’kien id-destin tiegħu li b’xejn ma’ seta’ jeħles minnu. Ġiljan ‘li kien tajjeb u qalbieni’ qal ‘Ma jkun qatt li jiena nagħmel dnub bħal dan,’ u ‘b’tama qawwija fi [[Ġesù Kristu|Kristu]] li jista’ kollox telaq għal għonq it-triq mimli kuraġġ.’ Il-leġġenda tgħid li dam miexi ħamsin jum u mar jgħammar fil-Galizja fejn hemmhekk iżżewweġ mara ‘mill-aħjar’.