Gautama Buddha: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
SiddhartaBirth.jpg
Linja 11:
Skond it-tradizzjoni, Siddhārta twieled iktar minn 200 sena qabel ir-renju tar-re ta' [[Ashoka il-Kbir|Aśoka]] tal-[[Maurya]] (273–232 QK).
 
[[Image:TwelidSiddhartaSiddhartaBirth.JPGjpg|thumb|200px|It-twelid ta' Siddhartha, (Seklu II-III).]]
 
Siddhartha twieled f'[[Lumbini]], in-[[Nepal]] tal-lum. Missieru kien ir-Re [[Suddhodana]], il-kap tan-nazzjon [[Shakya]], wieħed mill-ħafna tribujiet antiki fl-istat ta' [[Kosala]]; Gautama kien il-[[kunjom]] tal-familja. Ommu, ir-[[Reġina Maha Maya]] (Māyādevī) u mart Suddhodana, kienet prinċipessa [[Koliya|Koliyana]]. Fil-lejl meta Siddhartha ġie konċeput, ir-Reġina Maya ħolmot li iljunfant abjad b'sitt isnien twal daħal f'ġenbejha l-lemini, u wara għaxar [[xhur lunari]], Siddhartha twieled minn ġenbejha l-lemini (ara l-istampa fuq il-lemin). Bħalma kienet titlob it-tradizzjoni Shakyana, meta r-Reġina Maya nqabdet tqila, kienet bi ħsiebha tmur lura fir-renju ta' missierha biex twelled hemm. Iżda wara li ħalliet [[Kapilavastu]], hija u sejra, kellha tieqaf biex twelled f'[[Lumbini]], fi ġnien, taħt siġra tas-[[sal]].