Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 34:
 
Giovanni imbagħad akkuża lil Borgia b'inċest ma' bintu, iżda mhux pubblikament imma permezz ta' kuġinuh [[Ludovico il Moro]], li minn għandu mar jitlob parir. Ludovico waqqa' l-insinwazzjoni biex jevita l-inkwiet u pproponha lil kuġinuh li juri li kellu ħila jikkonsuma ż-żwieġ billi jagħti prova quddiem ix-xhieda (b'tgħammir sesswali ma' martu jew nisa oħra quddiem xhieda aċċettati miż-żewġ partijiet) imma Giovanni kien kontra għal kollox.
Fi ftit xhur, kemm Ludovico il Moro kif ukoll il-Kardinal Ascanio Sforza waqqfu kull appoġġ lid-Duka ta' Pesaro, il-Papa beda jirrabja fuq id-dewmien fl-iffirmar tad-divorzju u huma fl-aħħar mill-aħħar ma kienuxkinux beħsiebhom jagħmlu għadu minnu.
 
Il-Papa ddikjara ż-żwieġ null billi skontu dan ma kienx konsumat, u offra lil Giovanni d-dota kollha ta' Lucrezia jekk jagħti l-kunsens tiegħu (flimkien ma' dikjarazzjoni ta' impotenza). Il-familja Sforza reġgħet ma kinitx se tagħti protezzjoni lil Giovanni kieku kellu jirrifjuta l-offerta tal-Papa. Giovanni Sforza ma setax jagħmel ieħor u