Charles Dickens: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Dickens Gurney head.jpg|lemin|200px]]
'''Charles John Huffam Dickens''' (7 ta' Frar tal-1812 – 9 ta' Ġunju 1870) kien awtur Ingliż, meqjus bħala l-akbar rumanzier tal-era Vittorjana u l-inventur ta' uħud mill-iktar karattri fil-letteratura Ingliża li baqgħu popolari sa żmienna. Xogħlijiet kisbu popolarità meta kien għadu ħaj, u hekk għadhom sal-lum. Iżda kien fis-seklu 20 li l-istudjużi u l-kritiċi għarfu l-merti tiegħu.
Ħafna minn xogħlijietu kienu ppubblikati għall-ewwel darba f'serje darba fix-xahar, format ta' pubblikazzjoni li Dickens innifsu ppopolarizza. Kien jirrevedi l-istejjer u l-karattri skont ir-rispons tal-qarrejja. Għalhekk l-istejjer tiegħu għandhom ritmu partikulari, bi cliffhangers li jġiegħlu lill-qarrejja jistennew l-episodju li jmiss.