San Ġużepp: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
San Ġużepp (Lhudi יוֹסֵף, "Josef"; Grieg: Ἰωσήφ) kien ir-raġel tal-[[Madonna]] u l-missier putattiv ta' [[Ġesù Kristu]].
 
== Fit-Testment il-Ġdid ==
Linja 30:
Fl-1955 il-[[Papa Piju XII]] iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Ħaddiema.
Il-Beatu [[Papa Ġwanni XXIII]], għażel lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Konċilju Vatikan II f’ittra tiegħu tad-19 ta' Marzu 1961.
 
== Id-Devozzjoni tal-Maltin lejn San Ġużepp ==
 
Id-devozzjoni lejn San Ġużepp hija mxerrda sew fil-gżejjer Maltin. Dan narawh fid-diversi knejjes li hawn iddedikati lil dan il-patrun, u d-diversi festi li jiġu ċċelebrati ad unur tiegħu. Il-knejjes prinċipali ddedikati lilu jinsabu fl-Imsida, fil-Manikata, l-Kalkara, fil-Qala Għawdex, f’Birkirkara, fil-Belt Valletta u fir-Rabat Malta. Kważi f’kull knisja f'Malta nsibu xi statwa, artal jew fratellanza li huma iddedikati li San Ġużepp.
 
=== Kappelli ddedikati lil San Ġużepp ===
 
F'Birżebbuġa nbniet kappella ddedikata lil San Ġużepp li għadha tezisti sal-lum għalkemm m’hiex aċċesibli għan-nies għax tinsab ġo dar privata u għalhekk ftit jista' wieħed jidħol fiha. Minn barra, wieħed jista' jaraha u jagħrafha żgur billi l-kampnar tagħha li hu ta’ stil Korint jisboq bini iehor. Ġewwa hija kappella sempliċi u żgħira. Hemm kwadru li juri lil San Ġużepp bil-Bambin u li hu ċert hu li mal-bieb ta’ barra hemm kitba li tgħid li kull min jgħid Pater, Ave u Gloria quddiem ix-xbiha ta’ San Ġużepp li hemm ġewwa l-knisja għal erbgħin jum jaqla' indulġenza.
 
Kappella oħra ċkejkna ddedikata lil San Ġużepp li wieħed ukoll diffiċli jkollu aċċess għaliha hija dik li tinsab ġewwa Wied il-Għajn. Din tinsab ħdejn ix-xatt ta’ Wied il-Għajn. Kien bniha ċertu wieħed jismu Wenzu Bigeni għaliex kien devot ta’ San Ġużepp u x-xewqa tiegħu kienet li meta jmut jindifen fiha kif fil-fatt hekk ġara. Din il-kappella nbniet fuq il-pjanta tal-Perit Solar. Maż-żmien din il-knisja saret privata u mbagħad inħattet biċċa sew minnha. Illum il-ġurnata qed tintuża biss għal skop turistiku.
 
F'Ħaż-Żabbar insibu knisja u wkoll istitut li hu ddedikat ukoll lil San Ġużepp. Dawn għadhom jeżistu sal-lum u wieħed faċli jkollu aċċess għalihom. L-Istitut u l-knisja jinsabu inti u diehel f’Ħaż-Żabbar. L-Istitut kien jintuża biex jilqa' fih bniet iltiema u kien f’idejn is-sorijiet Dumnikani. Il-fundatur tiegħu kien Patri Feliċjan Grech li kien Dumnikan. L-ewwel ġebla tiegħu tqiegħdet fit-2 ta’ Lulju 1930 fuq il-pjanta tal-Perit Ġużeppi Pace u x-xogħol intemm fis-7 ta’ Novembru 1937. Il-knisja ukoll inbniet ma’ dan l-istitut fuq pjanta ta’ l-istess perit. Kienet ikkonsagrata mill-Arċisqof Gonzi fl-14 ta’ April 1961. Fiha artal wieħed li naturalment huwa iddedikat lil San Ġużepp. Minn ġewwa hija mżejna b’diversi pitturi sbieħ li huma maħduma mill-pittur Ġużeppi Briffa. It-titular juri lil San Ġużepp. Fl-arzella li hemm fil-ġenb hemm kwadru ieħor li juri d-dehra tal-Madonna lil San Duminku. Fuq iż-żewġt iġnub l-oħra hemm żewġ kwadri żgħar li juru lil San Vinċenz Ferreri (1937) u ż-żwieġ ta’ Santa Katerina.
 
F’Santa Venera l-knisja għadha daqs daqsxejn kbir meta tqabbilha ma' dawk li diġà semmejt. Din il-knisja bnieha Dun Ġorġ Bugeja fl-1906 u magħha bena ukoll istitut li kien jintuża biex fih jilqa' dawk it-tfal li kienu jiġġerrew fit-toroq. Il-flus biex tinbena din il-knisja kienu inġabru u ingħataw minn Dun Ġorġ stess bl-għajnuna ta’ xi benefatturi. Infatti benefattur li għen ħafna biex tinbena din il-knisja kien Karmenu Bugeja li kien qarib ta’ Dun Ġorġ. Meta wieħed jidħol ġo din il-knisja jinduna li tikkonsisti minn kor, żewġ kappelluni u korsija. Għandha tliet artali u fiha għamla ta’ salib Latin. Fil-ġenb għandha kampnar. Nhar l-14 ta’ Mejju 1916 Mons. Mawru Caruana l-Isqof ta’ Malta ikkonsagra din il-knisja u fl-artal maġġur qiegħed ir-relikwi tal-qaddisin Ġuswar, Beninju u Vittorju. Ġo din il-knisja wieħed jista' jammira żewġ kwadri, xogħol iż-Żebbuġi Lazzaro Pisani, li juru tar-Rużarju
(1919) u lil Kristu fl-Ort (1920).
 
F'San Pawl il-Baħar hemm knisja li kien berikha Mons. [[Mikiel Gonzi]] u qiegħed l-ewwel ġebla tagħha fis-6 ta’ Dicembru 1959. Din il-knisja tellgħuha l-patrijiet Kappuċċini u kienet taħt ittitlu ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Il-pjanta saret mill-magħruf Kavallier Ġuże D’Amato. Il-knisja kellha koppla, għamla ottagonali, b'djametru ta’ 90 pied u kienet mibnija fuq stil modern. Kien fiha tliet artali. Fost l-iktar kwadri popolari kont issib dawk li kienu jinsabu ħdejn l-artal tax-xellug l-kwadru ta’ San Antnin qed jippriedka lill-ħut, il-kwadru ta’ San Ġużepp u l-Bambin u l-kwadru ta’ San Franġisk ma’ l-annimali. Imbagħad kien hemm kwadri oħra fl-artal tal-lemin dak ta’ San Pawl, dak tal-Madonna madwar l-Appostli u dak ta’ Sant’Andrija. Dawn kollha għamilhom il-pittur Pietru Camilleri Cauchi. Statwi kien hemm dik ta’ San Ġużepp u l-Bambin, San Guda Taddew u l-Kuncizzjoni li ħadimhom Wistin Camillieri. Din il-knisja telgħet fuq il-lok fejn il-kappuccini kienu jagħmlu s-servizz tagħhom f’daqsxejn ta’ kamra rranġata f'kappella. Imma din il-knisja ħelwa ma kellhiex tgawdi wisq għaliex ftit snin wara li nbniet bdew jidhru xi xquq li ħassbu sewwa lill-patrijiet. Sar studju fuq l-art li fuqha inbniet il-knisja u instab li l-art kienet taflija u kollha xquq kbar. B’hekk kien ġie deċiż li titwaqqa qabel ma taqa weħidha bilkaġun ta’ xi diżgrazzja. Għalhekk f’Gunju 1988 inbeda x-xogħol ta’ twaqqiegħ ġebla ġebla li bdiet mill-koppla. Il-haddiema ma laħqux ħattew wisq għaliex parti l-kbira minnha waqgħet weħidha u hekk illum tidher biss qisha qafas.