Jannar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: xmf:ღურთუთა
No edit summary
Linja 6:
Jannar jibda (astroloġikament) bix-xemx fil-[[Kaprikornu]] u jispiċċa fl-[[Akwarju (astroloġija)|Akwarju]].
 
L-isem ''Jannar'' hu minn alla Ruman [[Ġanu]] (''[[Ianuarius]]''), l-alla tal-bibien; l-isem kellu l-bidu tiegħu fil-mitoloġija Rumana, fejn il-kelma [[Latin]]a għal bieb (ianua) tiġi - Jannar hu l-bieb għas-sena. L-alla Ġanu kien meqjum minn xi 400 qK sa xi 400 wK. Fit-talb kienu jibdew bih, anke qabel il-kbir Ġove, u kien imfittex fil-bidu ta’ ħafna affarijiet, gwerer inklużi. Fl-istatwi huwa skolpit b’żewġ uċuħ opposti, wieħed biex iħares lura u l-ieħor għal quddiem, b’muftieħ f’idu l-leminija u b’bastun fix-xellugija. Il-festi tiegħu kienu jsiru għall-bidu tas-sena. Il-Ħindi ukoll għandhom, fost mijiet ta’ allat, lil alla Vayu, rappreżentat b’żewġ uċuħ biex iħares lura u ’l quddiem u wkoll jitolbuh qabel jibdew l-affarijiet. Ukoll f’Jannar, fil-15, għandhom il-Makara Sakranti, festival kbir tal-ħasil fix-xmajjar speċjalment dik Ganges meqjusa l-iktar qaddisa.
 
Tradizzjonalment, il-kalendarju Ruman kien jikkonsisti minn 10 xhur, b'total ta' 304 ġurnata, fejn ix-xitwa kienet meqjusa bħala xahar mingħajr ġranet. Madwar [[713 QK]], ir-Re [[Numa Pompilius]] żied ix-xhur ta' Jannar u [[Frar]] biex jagħmel in-numru ta' ġranet tas-sena daqs tas-sena solari (355 ġurnata). L-ewwel ġurnata tax-xahar hi magħrufa bħala l-[[Strina|Istrina]]. Fil-bidu tal-[[153 QK]] ħa post [[Marzu]] bħala l-ewwel xahar. Marzu qabel kien l-ewwel xahar fil-kalendarju antik Ruman.
 
Diversi dati tal-festi Nsara kienu wżatiużati għall-Ewwel tas-Sena fl-[[Ewropa]], fosthom il-[[25 ta' Marzu]] (festa ta' l-Annunzjata) u l-[[25 ta' Diċembru]] (il-Milied). Madanakollu, l-kalendarji medjovalimedjevali kienu mfassla fuq il-mudell Ruman ta' tnax-il kolonna minn Jannar sa Diċembru. Fis-[[seklu 16]], pajjiżi Ewropej bdew uffiċċjalment jagħmlu l-[[1 ta' Jannar]] il-bidu ta' sena ġdida.
[[Stampa:Les Très Riches Heures du duc de Berry Janvier.jpg|180px|thumb|Jannar, illustrazzjoni minn ''Très riches heures du duc de Berry'']]
Ismijiet storiċi għal Jannar jinkludu l-isem oriġinali Ruman, ''Ianuarius'', il-kelma tas-[[Sassonja]] ''Wulf-monath'' ("xahar tal-lupu"), u t-terminu wżat minn [[Karlu Manju]] ''Wintarmanoth'' ("xitwa/xahar kiesaħ"). Bil-[[Lingwa Fillandiża|Fillandiż]], ix-xahar hu msejjaħ ''tammikuu'', li tfisser ix-xahar tal-balluta, imma t-tifsira oriġinali kienet ix-xahar tal-qalb tax-xitwa, billi "tammi" kienet tfisser qalb. Dan ix-xahar hu msejjaħ bil-[[lingwa Ċeka]] ''leden'', li tfisser ix-xahar tas-silġ.
 
L-ewwel [[Tnejn]] ta' Jannar hu magħruf bħala ''[[Handsel Monday]]'' fl-[[Skozja|Iskozja]] u fit-tramuntana ta' l-[[Ingilterra]]. Fl-Ingilterra, is-sena ta' ltal-agrikoltura bdiet b'''[[Plough Sunday]]'' fil-[[Ħadd]] wara l-[[Epifanija]].
 
Fil-kalendarju Kattoliku hemm festi importanti li jibdew fil-bidunett (twelid Jannar huwa mfakkar minn kull kampnar). Skont ir-riforma tal-1969, l-ewwel ta’ Jannar sar iddedikat lil Marija Omm Alla. Qabel kienet il-festa taċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù (li tneħħiet mill-kalendarju fl-1974). L-ewwel Ħadd ta' Jannar (meta mhux l-ewwel tas-sena) imbagħad huwa l-festa tal-Epifanija u t-tieni Ħadd dik tal-Magħmudija ta’ Ġesù.
 
L-età maġġuri fil-[[Ġappun]] hi t-tieni Tnejn ta' Jannar, għal dawk li jkunu jagħlqu l-20 sena fis-sena l-ġdida tal-kalendarju. Din hi vaganza nazzjonali. Il-ġurnata kienet iċċelebrata mill-[[1948]], imma tmexxiet għall-[[15 ta' Jannar]] mis-sena [[1999]], fejn kienet tmexxiet mill-gvern Ġappuniż f'attenat biex ikabbar l-ekonomija.
 
Fir-[[rota tas-sena]] [[Paganiżmu|Pagana]], Jannar jispiċċa fil-perjodu ta' l-[[Imbolc]] fl-emisferu tat-tramuntana u [[Lughnasadh]] fl-emisferu ta' nofsinhar.
 
== Tradizzjonijiet Maltin marbuta ma' Jannar ==
 
Jannar tista’ tgħid huwa l-eqqel tax-xitwa Maltija bil-ġranet fost l-iqsar u l-iljieli l-itwal, u spiss ikun il-maltemp (''f’Jannar stenna xita, ksieħ u nar'' (beraq)) u ksieħ (''il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild ta’ ħmar'').
 
U mhux biss Jannar imma anke x-xahar ta’ warajh (''Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer''). Għalhekk aħjar li ''F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar''.
 
Ix-xita ta’ Jannar hija tajba: ''Ix-xita ta’ Jannar traxxix il-bżar'' (demel).
 
Madanakollu xita żejda hija ta’ ħsara (''Meta Jannar huwa lewwiemi, ma tarax bidwi hieni'').
 
Jannar huwa wkoll żmien il-mard, l-iktar dak respiratorju jew virali (''Dehxa ta’ Jannar (ħosba) fawra (rash) lewn in-nar'') li l-iktar li jolqot huwa lix-xjuħ (''f’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew fl-isptar'').
 
Għall-qtates imma huwa żmien ta’ attività oħra (''Jannar ma jħallix qattusa d-dar'').
 
 
 
 
== Avvenimenti f'Jannar ==