Lampuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 94:
 
Il-lampun hu frotta kummerċjali importanti, li titkabbar ħafna fir-reġjuni tad-dinja kollha bi klima moderata. Ħafna mill-kultivari kummerċjali moderni l-aktar importanti tal-lampun aħmar ġejjin mid-dakkir bejn ''R. idaeus'' u ''R. strigosus''<ref name=rhs>Huxley, A., ed. (1992). ''New RHS Dictionary of Gardening''. Macmillan ISBN 0-333-47494-5</ref>. Xi botaniċi jqisu l-lampun aħmar Ewrażjan u Amerikan fi speċi ċirkumboreali waħda, ''Rubus idaeus'' u l-pjanti Ewropej imbagħad jiġu kklassifikati bħala '' R. idaeus'' sottosp. ''Idaeus'' jew ''R. idaeus'' var. ''Idaeus'' u l-aħmar indiġenu għall-Amerika ta' Fuq jiġi kklassifikat jew bħala ''R. idaeus'' sottosp. ''strigosus'' jew ''R. idaeus'' var. ''strigosus.''
Il-lampun iswed, ''[[Rubus occidentalis ]]'' hu kultant ikkultivat fl-[[Stati Uniti]], u jipprovdi frott frisk u ffriżat kif ukoll ġammijiet, marmellati, u prodotti oħra, kollha bit-togħma aktar rikka distintiva ta' dik l-ispeċi.
 
Il-lampun bil-frott vjola ġie maħluq mill-ibridizzazzjoni ortikulturali tal-lampun aħmar u iswed, imma jinstab ukoll fl-ambjent naturali fi ftit postijiet (per eżempju, [[Vermont]]) fejn il-lampun aħmar u l-lampun iswed Amerikani it-tnejn jikbru b'mod naturali. L-isem botaniku ''Rubus × neglectus'' japplika għal dawn il-pjanti naturali kif ukoll għall-pjanti prodotti bl-ortikoltura li għandhom l-istess antenati. Il-produzzjoni kummerċjali tal-lampun vjola hi rari.
 
==Referenzi==