Relattività ristretta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 161:
<center>Figura 2</center>
 
Il-ħin ta' vjaġġ f'sistema hu daqs id-distanza diviża bil-veloċita tad-dawl, li ma tiddependix mis-sistema. Jekk l-arloġġ ikun fiss telattivament mal-osservatur, id-distanza hi d-distanza ''fil-waqfien'' bejn iż-żewġ mirja u jdum il-ħin 2''t''&nbsp;'. Jekk l-arloġġ ikun miexi relattivament mal-osservatur, dan jara l-fotonufoton jimxi ma' linja mgħawġa iżjed twila mill-linja dritta ta' qabel. Il-ħin 2''t'' tal-vjaġġ hu ikbar minn 2''t''&nbsp;'&nbsp;: l-arloġġ miexi jmur lura (ikun hemm ''dilatazzjoni tal-ħin'').
 
It-tul tal-ipotenuża tat-trianglu rettangulari ABH tal-figura hu ''ct'', tal-għoli hu ''ct''&nbsp;' u tal-bażi hu ''vt'' billi ''v'' hi veloċità tal-arloġġ fis-sistema "fiss". Mit-[[Teorema ta' Pitagora]]:
Linja 218:
:(i) Żewġ ġrajjiet jistgħu jkunu ''separati'' minn xulxin. Dan hu l-każ meta l-intervall spazju-ħin, Δ''σ''<sup>2</sup>, definit hawn fuq, hu strettament pożittiv. Id-distanza Δ''s'' hi għalhekk "kbira wisq" relattivament mal-ħin Δ''t'' u l-ebda sinjal tad-dawl ma jista' jikkonettja l-ġrajjiet 1 u 2; dan veru fis-sistemi kollha ta' riferiment. Żewġ ġrajjiet bħal dawn ma jistgħux ikollhom rabta ta' kawża effett. Dan jiġri meta ż-żewġ ġrajjiet ikunu simultanji f'xi sistema (allura Δ''t''&nbsp;=&nbsp;0 u Δ''σ''<sup>2</sup> hi bilfors strettament pożittiva).
 
:(ii) Bil-kuntrarju jekk żewġ ġrajjiet għandhom rabta ta' kawża effett dan ifisser li f'xi sistema ta' riferiment xi sinjal jikkonnettjahom. Mela, sinjal tad-dawl li jimxi iżjed minn kull sinjal ieħor, jista' jikkonnettjahom ukoll. Fi kliem ieħor, |Δ''s''| hu iżgħar minn |''c''Δ''t''|, li jġiegħel il-kwadrat ta' Δ''σ''<sup>2</sup> tal-intervall ikun negattiv (jew żero jekk il-konnessjoni bejn iż-żewġ ġrajjiet saret permezz ta' fotonufoton tad-dawl).
 
:(iii) L-aħħar każ hu meta f'sistema ta' riferiment żewġ ġrajjiet għandhom l-istess koordinati, jiġifieri huma koinċidenti (l-intervall spazju-ħin hu għalhekk żero). Mill-ekwazzjonijiet ta' Lorentz, naraw li din il-koinċidenza tibqa' meta nbiddlu s-sistema ta' riferiment. Din tagħmel assolut il-kunċett ta' ħabta bejn żewġ partiċelli.
Linja 387:
:(i) Il-valur tal-enerġija totali ta' partiċella jiddependi mis-sistema ta' riferiment tal-osservatur. Però, il-valur tal-enerġija ta' massa hu l-istess fis-sistemi ta' riferiment kollha, u b'mod partikulari fis-sistema ta' riferiment proprju tal-partiċella. Mela hi karatteristika intrinsika tal-partiċella.
:(ii) Waqt li ''v'' tersaq lejn ''c'', <math>\gamma</math> tersaq lejn l-infinit, li jfisser li hemm bżonn ta' enerġija infinita biex naċċelleraw partiċella sakemm tilħaq il-veloċità tad-dawl. Jidher ċar li dan impossibbli. Però nistgħu naċeċelleraw il-partiċelli sakemm jilħqu veloċitajiet qrib ħafna ta' ''c''.
:(iii) Ir-relatività ristretta tidher fil-fenomeni fiżiċi kollha, anki fejn il-veloċitajiet li għandhom x'jaqsmu m'humiex relativistiċi. Eżempju ċar hu n-nuqqas fil-massa tal-atomu l-iżjed sempliċi : il-massa tal-atomu tal-[[idroġenu]] <math>H_{1}^{1}</math> hi inqass mill-mases tal-elettronuelettron u tal-protonuproton flimkien b' kwantità eżattament daqs l-ekwivalenti fil-massa tal-[[enerġija tal-jonizzazzjoni]] tal-atomu.
 
L-'''ekwivalenza tal-massa u tal-enerġija''' tingħata bil-formola famuża ''E=mc<sup>2</sup>''. L-idea ta' din l-ekwivalenza kienet pass rivoluzzjonarju, għax il-kunċetti ta' materja u enerġija kienu distinti sa dak iż-żmien, allavolja ċerti xjenzjati bħal [[Henri Poincaré|Poincaré]] u [[Hendrik Antoon Lorentz|Lorentz]], kien ppruvaw indipendentament jagħqduhom fil-qasam tal-elettromanjetiżmu.
Linja 407:
Fl-[[astronomija]] nsibu partiċelli li jġorru enerġija kolossali: ir-raġġi kożmiċi. Minkejja li l-mekkaniżmu tal-produzzjoni tagħhom għadu mistur, nistgħu inkejlu l-enerġija u n-numri konsiderevoli li niksbu juru li l-analiżi tagħhom teħtieġ l-użu tal-formoli tal-relatività ristretta. Ir-raġġi kożmiċi mela jfornu xempju ideali tat-teorija ta' Einstein.
 
Insibu partiċelli b'enerġiji inkredibbli tal-ordni ta' 10<sup>20</sup> elettronvolt, jiġifieri mitt miljun [[TeV]]. Nieħdu raġġ kożmiku magħmul minn [[protonuproton]] ta' 10<sup>20</sup> eV. X'inhi l-veloċità ta' din il- partiċella?
 
Fl-[[#Il-kwadrivettur enerġija-momentu|espressjoni]] li tagħti l-enerġija ''E'', it-terminu ''mc''<sup>2</sup> jirrapreżenta l-enerġija tal-massa fil-waqfien tal-partiċella. Dik tal-protonuproton hi madwar 1GeV, jiġifieri 10<sup>9</sup>eV. Ir-rapport bejn ''E'' u ''mc''<sup>2</sup> mela hu 10<sup>20</sup> /10<sup>9</sup> =10<sup>11</sup> li hu l-famuż fattur tad-dilatazzjoni tal-ħin <math>\gamma=[1 - (v/c)^2]^{-1/2}</math>. X'inhi l-veloċità ta' dan il-protonuproton? Meta niktbu <math>1 - (v/c)^2=[1+(v/c)][1 - (v/c)]\simeq 2 [1 - (v/c)]</math> insibu li
:<math>1 -(v/c) = 0.5\times 10^{-22} .</math>
Fi kliem ieħor il-veloċità tal-protonuproton li qegħdin nikkunsidraw hi kważi daqs il-veloċità tad-dawl, differenti minnha b'inqas minn 10<sup>-22</sup> (imma qatt ma tista' tilħaqha).
 
Ejjew naraw xi jfissru dawn iċ-ċiffri għall-fatturi relativistiċi li jeżistu bejn is-sistema proprju tal-partiċella u s-sistema arti. Id-dawl jaqsam il-[[Galassija]] tagħna f'xi mitt elf sena tad-dawl. Għalhekk għal osservatur arti il-protonuproton jaqsam din il-Galassija fl-istess ħin, madwar 100,000 sena. Il-ħaġa straordinarja hi li fis-sistema tal-protonuproton relativistiku, il-ħin li jikkorispondi hu 10<sup>11</sup> darba inqas u altura hu ta' 30 sekonda (sena tagħmel 3×10<sup>7</sup> sekondi)!
 
:''Il-protonuproton tagħna ultra-relativistiku u ultra-enerġetiku jaqsam il-Galassija tagħna fi 30 sekonda tal-ħin proprju tiegħu imma f'{{formatnum:100000}} sena tal-ħin arti tagħna.''
 
[[Stampa:relativita6.jpg|right|400px|thumb|Figura 6]]
Meta raġġ kożmiku jolqot atomu tal-ossiġenu jew tal-ażotu fl-atmosfera artija f'altitudni tal-ordni ta' 20 sa 50 kilometru 'il fuq mill-art, joħroġ raxx ta' partiċelli elementari li fih il-[[muoni]]. Parti minnhom imorru lejn l-art b'veloċità kważi daqs dik tad-dawl, xi {{formatnum:300000}} kilometru l-sekonda fis-sistema arti. Dawn il-partiċelli jaqsmu xi 30 kilometru ta' atmosfera f'10<sup>-4</sup> sekonda (jew 100 mikrosekonda).
 
Fis-sistema li fih hu wieqaf, muonumuon għandu nofs-ħajja ta' 2μs (2 mikrosekondi, jew 2x10<sup>-6</sup>s). Dan ifisser li fost qabda muoni prodotti fuq nett tal-atmosfera, nofshom jisparixxu f'2 mikrosekondi, mibdulin f'partiċelli oħra. Nofs il-muoni li jibqa' jisparixxu f'2 mikrosekondi oħra u jkomplu hekk. Kieku n-nofs-ħajja kienet l-istess (2 mikrosekondi) fis-sistema art, fil-10<sup>-4</sup> sekondi tal-qsim tal-atmosfera il-muoni jkun għaddew minn 10<sup>-4</sup>/2×10<sup>-6</sup>=50 nofs-ħajjiet. Hekk in-numru tagħhom sa meta jaslu f'wiċċ l-art jkun naqas b'fattur ta' (1/2) <sup>50</sup>, jiġifieri madwar 10<sup>-15</sup> li jfisser li fil-fatti l-ebda muonumuon ma jasal.
 
Issal-kejl juri li madwar 1/8, jiġifieri (1/2)<sup>3</sup> mill-muoni tal-bidu jaslu f'wiċċ l-art, li jipprova li ma spiċċawx nofshom ħlief 3 darbiet u mhux 15-il darba. Fi kliem ieħor il-ħin tal-qsim tal-atmosfera fis-sistema proprju tagħhom tieħu 3 nofs-ħajjiet u mhux 50, jiġifieri 6 mikrosekondi ''biss'' (u mhux 100 mikrosekondi). Dan ir-riżultat jagħtina prova qawwija tal-verità tar-relatività ristretta u b'mod partikulari tat-dilatazzjoni tal-ħin proprju (hawn dak tal-muonumuon) meta nkejlu f'sistema barrani (hawn dik tal-Art). Fl-eżempju numeriku li għażilna il-fattur ta' dilatazzjoni tal-ħin <br /><math>\gamma = [1 - (v/c)^2]^{-(1/2)}</math> hu ta' 100/6.
 
Nistgħu niddeduċu l-veloċità u l-enerġija tal-muoni. Fil-fatti, għandna bħal fil-kalkulazzjoni ta' qabel
Linja 429:
:<math>1 - (v/c) \simeq 2\times10^{-3}\ .</math>
 
Billi l-massa ta' muonumuon hi madwar 100 [[MeV]], l-enerġija tal-partiċella hi 100/6 darbiet ikbar, jiġifieri madwar 2000 MeV jew 2 [[GeV]].
 
== Konservazzjoni tal-kwadrivettur enerġija-momentu ta' sistema iżolat ==
Linja 460:
 
=== Ħabta elastika ===
F'[[aċċeleratur tal-partiċelli]] jiġri li elettronuelettron b'enerġija għolja ħafna jolqot elettronuelettron wieqaf u jtieh parti mill-enerġija ċinetika tiegħu. Jekk il-bidliet tal-enerġija jkunu biss f'din l-enerġija ċinetika, ngħidu li l-ħabta hi elastika. Il-formoli li jittraduċu l-konservazzjoni tal-kwadrivettur tas-sistema magħmul miż-żewġ elettroni jħalluna nanalizzaw il-ħabta. Fil-mekkanika Newtonjana iż-żewġ elettroni wara l-ħabta għandhom direzzjonijiet li jagħmlu angolu drittt. Ħa nuru li fil-mekkanika relativistika dan m'għadhux hekk u l-veloċitajiet tal-elettroni jiffurmaw angolu akut. Din il-fenomenu jidher ċar mit-traċċi li jħallu l-ħabtiet fil-''kamra tal-bżieżaq''.
 
[[Stampa:relativita8.jpg|right|300px|thumb|Figura 8: Ħabta elastika elastika bejn żewġ partiċelli tal-istess massa]]
 
Inħarsu lejn elettronuelettron ta' massa ''m'' u ta' enerġija għolja ħafna li jolqot elettronuelettron ieħor li fil-bidu jkun wieqaf. Il-vetturi tal-momentu taż-żewġ partiċelli impinġijin fil-figura kontra (Fig. 8). Qabel il-ħabta l-momentu tal-elettronuelettron inċidenti hu <math>\vec{p}</math>. Wara l-ħabta, il-momenti taż-żewġ elettroni huma <math>\vec{p}_1</math> u <math>\vec{p}_2</math>. Meta niktbu l-enerġija ta' elettronuelettron bħala s-somma tal-enerġija tiegħu fil-waqfien ''mc''<sup>2</sup> u tal-enerġija ċinetika tiegħu ''K'', nistgħu niktbu l-enerġija totali tas-sistema qabel il-ħabta bħala:
:<math>E\,=\,mc^2 + mc^2 + K.</math>
Bl-istess mod,
Linja 482:
Meta nesprimu l-kwadrat tal-momentu tal-elettroni bħala funzjoni tal-enerġija u tal-massa tagħhom bl-għajnuna tal-formoli murija [[#Ekwivalenza tal-enerġija u tal-massa fil-waqfien |hawn fuq]] niksbu
:<math>c^2p^2\,=\,(mc^2 + K)^2 - m^2c^4 = K^2 + 2Kmc^2</math>
għall-elettronuelettron inċidenti u
:<math>c^2p_1^2\, = \,E_1^2 - m^2c^4 = (mc^2 + K_1)^2 - m^2c^4= K_1^2 + 2K_1mc^2,</math>
:<math>c^2p_2^2\, = \,E_2^2 - m^2c^4 = (mc^2 + K_2)^2 - m^2c^4= K_2^2 + 2K_2mc^2</math>
Linja 504:
 
=== L-effett Compton ===
L-analiżi ta' ħabta bejn fotonufoton ta' enerġija għolja ma' elettronuelettron wieqaf tagħtina applikazzjoni fiżika tal-formoli ta' konservazzjoni tal-enerġija u tal-momentu ta' sistema ta' partiċelli. Din il-ħabta tissejjah l-[[effett Compton]].
 
=== Massa ta' sistema ta' partiċelli ===
Linja 555:
Biex nesprimu din l-enerġija f'unitajiet ta' massa (pereżempju grammi, skont l-użanza tal-astronomi), biżżejjed niddiviżu b' ''c''<sup>2</sup>, li jtina massa ekwivalenti ''M''&nbsp;=&nbsp;4.4×10<sup>12</sup> grammi kull sekonda.
 
B'sensiela ta' reazzjonijiet li jagħmlu l-[[katina protonuproton-protonuproton]], possibbli f'tempertura għolja biżżejjed, erba' protoni jew (jew nukleji ta' idroġenu) jiġu trasformati fir-reġjuni l-iżjed ġewwenin tax-Xemx f'nukleju tal-elju, magħmul minn żewġ neutroni u żewġ protoni. Billi [[protonuproton]] għandu massa ta' {{formatnum:1.672,62}}×10<sup>-24</sup>&nbsp;g, l-erba' protoni oriġinali għandhom massa 4×{{formatnum:1.672,62}}×10<sup>-24</sup>&nbsp;=&nbsp;{{formatnum:6.690,48}}×10<sup>-24</sup>&nbsp;g. In-nukleju tal-[[elju]], jew [[partiċella alfa]], għandu massa ta' {{formatnum:6.644,66}}×10<sup>-24</sup>&nbsp;g. Id-differenza, 0.04582×10<sup>-24</sup>&nbsp;g, toħroġ fil-forma ta' dawl.
 
Ninnutaw li parti ċkejkna biss mill-massa użata tindidel f'enerġija. Il-massa ta' idroġenu moħlija bħala frazzjoni tal-massa tassew mibdula hi {{formatnum:6.690,48}}&nbsp;/&nbsp;{{formatnum:0.045,82}}&nbsp;~&nbsp;150. Jiġifieri għal kull gramma maqluba f'enerġija jitużaw 150 gramma ta' idroġenu. (Bil-maqlub dan ifisser li madwar 0.7 fil-mija tal-massa idroġenu tal-bidu tinbidel f'enerġija.) Għalhekk biex nibdlu 4.4×10<sup>12</sup> grammi kull sekonda irridu "naħarqu" 150 darba iżjed, jiġifieri 6.6×10<sup>14</sup> grammi ta' idroġenu kull sekonda. La l-massa tax-Xemx hi ta' 2×10<sup>33</sup> grammi, jekk din il-kwantità kollha ta' materja tinħela, il-Xemx tista' tforni l-enerġija bir-rata ta' issa matul 2×10<sup>33</sup> /&nbsp;6.6×10<sup>14</sup> &nbsp;=&nbsp;3×10<sup>18</sup> sekondi. Billi sena fiha 3×10<sup>7</sup> sekondi, naslu għal tul ta' ħajja totali ta' 100 miljardi (10<sup>11</sup>) ta' snin.