Mediterran: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Mediterranean_Relief.jpg|400px|thumb|Il-baċir tal-Baħar Mediterran]]
 
Il-'''Baħar Mediterran''' huwa baħar li jifred l-[[Ewropa]] mill-[[Afrika ta' Fuq]], bl-[[Asja]] fil-Lvant; it-tul tiegħu hu ta' madwar 3.800 km (2.400 mil), filwaqt li għandu erja ta' [[1 E12 m2|2.5 miljun]] [[kilometru kwadru|km²]] (965.000 [[mil kwadru|mi²]]). Dan il-baħar hu magħqud mal-[[Oċean Atlantiku]] (permezz tal-[[Istrett ta' Ġibiltà]]), mal-[[Baħar l-Aħmar]] (permezz tal-[[Kanal ta' SwejżSwejs]]) u mal-[[Baħar l-Iswed]] (permezz tad-[[Dardanelli]]). Il-Mediterran ġeneralment jinqasam f'diversi ibħra li huma l-[[Baħar Adrijatiku]], l-[[Baħar Eġew]], l-[[Baħar Jonju]], u l-[[Baħar Tirren]]. Għandu xatt ta' madwar 46.000 km/28,580 mi, li jgħaddi minn 22 nazzjon.
 
== Kontribut storiku ==
Linja 7:
Magħruf bħala l-benniena taċ-ċiviltà, il-Mediterran "infetaħ" għal kummerċ mill-ewwel merkanti u baħħara, il-[[Feniċi]]. Matul l-era klassika, [[Kartaġni]], il-[[Greċja]], l-[[Etruski]], u [[Ruma]] lkoll pruvaw jieħdu l-kontroll ta' dan il-baħar sakemm r-Rumani rnexxielhom ibiddluh fil-''Mare Nostrum''. Iktar tard kien iddominat mil-[[Biżantini]] u mill-[[Għarab]], u matul is-sekli tal-[[Medjuevu]], hafna bliet-repubbliki u kummerċjanti Taljani minn bliet bħal [[Venezja]] u [[Ġenova]], kellhom il-kontroll tal-passaġġi kummerċjali tal-Mediterran.
 
Wara l-Medjuevu il-Mediterran donnu raqad, peress li l-baħħara kellhom ħarsthom lejn l-ibħra u l-oċeani l-ġodda; din ir-raqda damet sal-[[Gwerer Rivoluzzjonarji]] u [[Gwerer Napoleoniċi]], meta l-[[Ingilterra]] ntebħet li l-Mediterran kien importanti ħafna għar-rotta lejn l-[[Indja]]. Il-Mediterran kompla żviluppa iktar mal-ftuħ tal-[[Kanal ta' SwejżSwejs]] fl-[[1869]], meta ħafna mil-kummerċ mondjali lejn is-swieq Ewropej, kif ukoll il-qmuħ mir-[[Russja]], kienu jgħaddu minn ġo fih.
 
Kontroll tal-gżejjer, xtut, u rotot kummerċjali kien vitali matul il-[[Gwerer Dinjija]], u għalhekk kienu ħafna l-ideat u pjanijiet ta' attakk u difiża f'dawn l-inħawi, forsi l-iktar prominenti fosthom huma il-[[Gwerra tal-Krimea]], l-attakk fuq id-Dardanelli, it-tieni assedju ta' Malta u l-Battalji tal-Afrika ta' Fuq.