Oliver Friggieri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: it:Oliver Friggieri
Linja 68:
=== Poeżiji ===
 
* jjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaajjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjj
* Il-poeżiji tiegħu kollha nġabru taħt l-isem ''Oliver Friggieri: Il-Poeżiji Miġbura'' (2002).
 
 
"'''Jekk'''" (il-poeżija li xi versi minnha jinsabu fuq il-bus shelters Maltin)
 
 
Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb
 
lill-qamar tul il-lej',
 
jekk tagħraf minn fejn telaq
 
is-sħab, fejn sejjer, fej',
 
jekk tirfes kull mogħdija
 
u tterraq kullimkien,
 
jekk tkellem lil kull ħlejqa
 
li tikber fil-ħolqien,
 
 
jekk togħdos fl-ibħra kollha
 
u tmiss qiegħ l-oċean,
 
jekk titla' kull muntanja
 
u titfi kull vulkan,
 
 
jekk tifhem lil kull siġra
 
u tkellem lil kull fjur,
 
jekk torqod ma' kull dudu
 
u tqum ma' kull għasfur,
 
 
jekk tgħodd in-numri kollha
 
u taf kull alfabett,
 
jekk tħott kull teorema
 
u żżarma kull kunċett,
 
 
jekk togħxa b'kull tbissima
 
u tokrob b'kull uġigħ,
 
jekk toftoq il-kliem kollu
 
u ssib is-sens li fih,
 
 
jekk taf kif kien il-bidu
 
u kif se jkun it-tmiem,
 
jekk taf kull fuq, kull isfel,
 
kull wara, kull quddiem,
 
 
jekk taf għaliex kull għabex
 
iżelleġ kull żerniq,
 
jekk taf kemm hija twila,
 
kemm twila, twila t-triq,
 
 
jekk taf għaliex l-iżbalji,
 
u taf x'inhu perfett,
 
jekk taf għax serp jitkaxkar
 
u għax itir farfett,
 
 
jekk ittawwalt iżżejjed
 
fuq xifer il-ġibjun
 
tal-qalb biex issa ttella'
 
bis-satal x'hemm midfun,
 
 
jekk il-maltemp sikkittu
 
u lill-irjieħ raqqadt,
 
jekk l-ilmijiet nixxitfhom
 
u lin-nirien qabbadt,
 
 
jekk fhimt kull mistoqsija
 
u jekk kull ħalfa ħlift,
 
u jekk kull rebħa rbaħtha
 
u jekk kull telfa tlift,
 
 
- il-petali tal-warda
 
waqgħulek minn idejk,
 
dan l-univers itektek
 
inqasam hemm, f'riġlejk.
 
 
Il-ħajja mistoqsija
 
miġbura f'elf għaliex,
 
u ssirlek poeżija
 
jekk int ma tweġibhiex.
 
 
 
'''Hekk biss ikun poeta'''
 
 
Għax hekk ikun poeta.
 
 
Jitkellem bi tbissima,
 
iħoss b’qalb tikwi nar,
 
u jaħraq dinja sħiħa
 
bi mħabbtu lejl u nhar.
 
 
Iweġġa’ bla ma jsawwat,
 
jissawwat bla jiqliel,
 
il-ġid jislet mill-ħażen,
 
fil-kruha jara l-ġmiel.
 
 
Ibaħħar fl-oċejani
 
u jogħdos f’qiegħ id-dmugħ,
 
b’testment bla flus iħalli
 
il-kliem, teżor tar-ruħ.
 
 
Iżomm ma’ xofftu l-kalċi
 
bla ma jitilqu qatt,
 
ilaqqat l-aħħar qatra
 
bla ma jintebaħ ħadd.
 
 
U jolfoq bla jinstema’,
 
ibati taħt sigriet,
 
bid-dmugħ jidlek il-ġrieħi,
 
bix-xejn jimla x-xewqiet.
 
 
 
F’deżert ta’ solitudni
 
bil-pass ta’ nkiss inkiss
 
iterraq sa ma jasal
 
f’riġlejn il-kurċifiss.
 
 
Il-golgota twelidu,
 
il-golgota xortih,
 
il-golgota li tkissru,
 
il-golgota li tqawwih.
 
 
Hekk biss ikun poeta.
 
 
Ara ukoll il-poeżija [[Karin Grech|Karin u Raymond]]
 
=== Oratorji ===