Don Pino Puglisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''Dun Giuseppe Puglisi''' magħruf iktar bħala '''Pino''', (Palermo, 15 ta' Settembru 1937 – Palermo, 15 ta' Settembru 1993) kien qassis Taljan, maqtul mill-Mafja fis-56 anniversa...
 
No edit summary
Linja 1:
'''Dun Giuseppe Puglisi''' magħruf iktar bħala '''Pino''', (Palermo, 15 ta' Settembru 1937 – Palermo, 15 ta' Settembru 1993) kien qassis Taljan, maqtul mill-Mafja fis-56 anniversarju minn twelidtwelidu ħabba l-impenn evanġeliku u soċjali tiegħu, bla heda. Nhar il-15 ta' Settembru 1999, il-Kardinal ta' Palermo Salvatore De Giorgi fetaħ uffiċjalment il-kawża ta' beatifikazzjoni tiegħu.
 
Kappillan ta' Brancaccio, kwartier żgħir u mitluq ta' Palermo fi Sqallija, li għax ma beżax jeħodha kontra l-mostru tal-Mafja, safa vittma tal-kritika, imtela bid-djun u fl-aħħar dabbar tir ta' pistola f'għonqu. Don Puglisi ma kienx simbolu pubbliku tal-ġlieda kontra l-Mafja, iżda qassis trankwill li saħansitra mill-pulptu kien stieden lill-għedewwa moħbija tiegħu: "Ejjew nitkellmu u niddiskutu..."