Knisja Kattolika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Il-Knisja Kattolika(mill-Grieg: καθολικός, katholikòs, jiġifieri "universali") hija l-Knisja Nisranija li tagħraf il-primat tal-awtorità tal-Isqof ta' Roma, ji...
 
Linja 19:
* Kattolika Sirjaka u Siro-Malankriża;
* Knejjes Greko-Kattoliċi
 
== Duttrina ==
 
=== Duttrina Dommatika ===
 
“Il-wirt imqaddes” tal-fidi: ''depositum fidei'' - “Timotju, ħares dak li mogħti f’idejk” (I Tim 6,20); “Ħares it-tagħlim sabiħ mogħti lilek bil-għajnuna ta’ l-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina.” Dan id-''depositum fidei'' jinsab fit-[[Tradizzjoni]] u fl-[[Bibbja|Iskrittura]] u ġie fdat mill-[[appostli]] lill-Knisja kollha (KKK 84) Il-poplu qaddis ta’ Alla kollu, huwa u jintrabat ma’ dan il-wirt, flimkien mar-rgħajja tiegħu, jibqa’ dejjem sħiħ fit-tagħlim tal-appostli, fl-għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb, hekk li fil-ħarsien, fil-ħajja u fl-istqarrija tal-fidi li twasslitlu, ikun hemm bejn ir-rgħajja u l-fidili, għaqda fl-ispirtu tassew singulari. (''Dei Verbum'', 10)
 
Id-dmir tat-tifsir b’mod awtentiku tal-Kelma ta’ Alla ġie fdat biss lill-Maġisteru ħaj tal-Knisja, jiġifieri lill-[[isqof|isqfijiet]] li huma f’xirka mas-suċċessur ta’ San Pietru, l-isqof ta’ Ruma. (DV) Dan il-maġisteru mhux aqwa mill-Kelma ta’ Alla imma hu għall-qadi tagħha, billi jgħallem dak biss li ġie trasmess... (DV)
 
L-insara kollha għandhom sehem fl-għarfien u fit-trasmissjoni tal-verita rivelata. Huma rċevew l-unzjoni ta’ l-[[Spirtu s-Santu|Ispirtu s-Santu]] li jgħallimhom (KKK 91): “Imma intom għandkom id-dlik mill-qaddis u għandkom l-għerf intom ukoll. Ma ktibtilkomx għax ma tafux il-verita, imma għax tafuha.” (I {w 2,20. L-Ispirtu s-Santu jwassalhom għall-verita kollha: “Meta jiġi hu, l-Ispirtu s-Santu, jmexxikom fil-verita kollha.” ({w 16, 13)
 
Bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu s-Santu tista’ tikber kemm l-intelliġenza tar-realtajiet kif ukoll tal-kliem tal-wirt tal-fidi: (KKK 94)
* bil-kontemplazzjoni u bl-istudju (teoloġija)
* bl-intelliġenza intima tal-veritajiet spiritwali li jkollhom dawk li jemmnu
* bil-predikazzjoni
 
Hi mela ħaġa ċara li t-Tradizzjoni, l-Iskrittura u l-[[Maġisteru tal-Knisja]] , huma hekk marbuta u mseħbin ma’ xulxin, li waħda ma tistax tkun mingħajr l-oħrajn, u lkoll flimkien, kull waħda bil-mod tagħha, bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-santu jagħtu sehemhom biex tassew isseħħ is-salvazzjoni tal-erwieħ. (DV 13)
 
Bil-fidi l-bniedem kollu kemm hu jintrabat personalment ma’ Alla li jirrivela lilu nnifsu. Il-fidi trid li l-bniedem jilqa’ bl-intelliġenza u r-rieda kollha tiegħu r-rivelazzjoni li Alla għamillu tiegħu nnifsu b’għemilu u bi kliemu. (KKK 176) Il-fidi hi don sopranaturali ta’ Alla. Biex jemmen il-bniedem jeħtieġ għajnuna internament (fir-ruħ) mill-Ispirtu s-Santu. (KKK 179)“Jemmen” il-bniedem ħieles li jaf x’inhu jagħmel: it-“twemmin” hu att li jaqbel mad-dinjita tal-persuna tal-bniedem. (KKK 180)
 
It-“twemmin” hu att ekklesjali: Il-fidi tal-Knisja tiġi qabel il-fidi tagħna, tnissilha, tgħinha u tmantniha. Il-Knisja hi Omm dawk kollha li jemmnu. (KKK 181) Ħadd ma jista’ jkollu lil Alla bħala Missier jekk ma jkollux il-Knisja bħala Omm. (San Ċiprijanu) Il-fidi ddewwaqna minn qabel l-għarfien li jagħmilna hienja fil-ħajja ta’ dejjem. ([[Tumas t'Akwinu|San Tumas t’Aquino]])
 
=== Duttrina Morali ===
 
Il-Maġisteru tar-rgħajja tal-Knisja fil-qasam tal-morali ordinarjament jitħaddem fil-katekeżi u l-predikazzjoni, bl-għajnuna tat-teoloġi u l-kittieba spiritwali. (KKK 2033) B’dan il-mod għadda, minn ġenerazzjoni għal oħra, taħt il-ħarsien tar-rgħajja tal-Knisja, dak li nistgħu nsejħulu d-“depożitu” tal-morali Nisranija, magħmul minn ġabra karatteristika ta’ regoli, ta’ kmandamenti u ta’ virtujiet li joħorġu mill-fidi fi Kristu u jieħdu l-ħajja mill-imħabba.
 
Din il-katekeżi, tradizzjonalment għandha bħala bażi tagħha, flimkien mal-Kredu u l-Missierna, l-Għaxar Kmandamenti, li jħabbru l-prinċipji tal-ħajja morali li jgħoddu għall-bnedmin kollha. Il-fidi u l-prattika tal-Evanġelju jagħtu lil kull wieħed esperjenza ta’ ħajja nisranija “fi Kristu”, li jdawlu u jagħtih il-ħila biex iqis ir-realtajiet ta’ Alla u tal-bnedmin skond l-Ispirtu ta’ Alla. B’dan il-mod l-Ispirtu jista’ jinqeda minn min hu l-aktar ċkejken ħa jdawwal lil min għaref u għandu dinjita għolja. (KKK 2038)
 
Dan lilna Alla għarrafulna bl-Ispirtu, għax l-Ispirtu kollox jinfed, sal-fond ta’ Alla. Għax liema bniedem jagħraf dak li hemm fil-bniedem ħlief l-ispirtu tal-bniedem li qiegħed fih? (I Kor 2, 10-11)