Lingwa Kopta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 21:
 
Minbarra dawn iż-żewġ djaletti prinċipali hemm djaletti oħra inqas importanti bħall-'''Fajjumi''' li dam sas-seklu VIII, l-'''Aħmim''' u l-'''Likopolitan'''<ref> Ara pereżempju [http://www.geocities.com/linguaeimperii/Egyptian/coptic_es.html descripción del idioma copto]</ref>
 
==Sorsi disponibbli==
 
Il-lingwa Kopta hi l-unika dixxendenti tal-[[Eġittu antik]]. Allura hi lingwa [[Lingwi Afro-Asjatiċi|Afro-Asjatika]]. Għandha bosta djaletti:
* Buħajri;
* Sagħidi;
* Fajjumi;
* Meżokemiku (jew Eġizzjan Nofsani);
* Aħmim;
* Likopolitan (jew Subaħmim).
 
Il-Buħajri biss għadu jintuża u dan biss fil-liturġija. Fis-seklu 11 ħa post is-Sagħidi bħala l-lingwa liturġika. It-twelid tal-"identità Kopta" x'aktarx bdiet minn dak iż-żmien.
 
Id-dokumenti li nstabu f'Nag Ħammadi huma bis-Sagħidi qadim.
 
L-istudju tal-grammatika Kopta hi bbażata fuq żewġ approċċi lingwistiċi, dijakroniku u sinkroniku, li fuqhom hemm polemika. Iż-żewġ approċċi jassumu li l-istudju tad-djaletti jwassal għall-grammatika Kopta oriġinali. Mingħajr din l-investigazzjoni, ir-riċerkaturi ikollhom jiffokaw biss fuq il-Kopt liturġiku, li kien normalizzazzjoni ftit jew wisq arbitrarja tal-lingwa Kopta antika.
 
==Referenzi==