Ugo Grozju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 13:
Aktar tard, din it-tilwima kellha implikazzjonijiet ekonomiċi siewja. Ir-Repubblika Olandiża kien isostni l-idea tal-iskambju liberu (minkejja li kienet imponiet il-monopolju tagħha fuq il-kummerċ tan-noċemuskata u tal-imsiemer tal-qronfol fuq il-Gżejjer Molukki). L-Ingilterra, mill-banda l-oħra, fl-1651 għaddiet in-''Navigation Act'', li bih ippermettiet li fil-pajjiż jidħlu biss il-prodotti trasportati mill-bastimenti Ingliżi. Dan wassal għall-ewwel gwerra Anglo-Olandiża (1652 - 1654).
[[Stampa:Hugo de Groot.jpg|thumb|150px|left|Mafkar Ugo Grozju]]
Grozju kien sostenitur tal-Istati Ġenerali OlandiżaOlandiżi, u għalhekk kontra l-i''statolder'' Mawrizju ta’ Nassau, bin Gulielmu I d'Orange (Gulielmu s-Sieket). Safa arrestat minn Mawrizju nhar id-29 ta’ Awwissu 1618, flimkien ma’ Johan van Oldenbarnevelt. Wara proċess sommarju, Van Oldenbarnevelt safa kkundannat għall-mewt u ġġustizzjat, filwaqt li Grozju safa kkundannat għomru l-ħabs fil-Kastell ta’ Loevenstein. Fl-1621 irnexxielu jaħrab billi nħeba f'senduq għall-kotba, u stkenn Pariġi. Fl-Olanda huwa magħruf l-aktar għal dil-ħarba rokamboleska tiegħu. Kemm il-Rijksmuseum f’Amsterdam, kemm il-Het Prinsenhof f’Delft jisħqu li għandhom is-senduq oriġinali.
 
Grozju għex fi żmien il-gwerra tat-Tmenin Sena bejn Spanja u l-Pajjiżi Baxxi u l-gwerra tat-Tletin Sena bejn il-ġnus Ewropej Protestanti u dawk Kattoliċi. Mhux tal-għaġeb għalhekk li kien interessat fit-tilwim bejn il-ġnus u wkoll dak bejn ir-reliġjonijiet. Kien Kalvinista moderat u kellu ħafna kuntatti mad-dinja Kattolika u saħansitra kien jittama li għad ikun hemm riunifikazzjoni tal-Knejjes Insara. Fl-1625 ippubblika l-ktieb ''De iure belli ac pacis'' (''Il-Liġijiet tal-Gwerra u tal-Paċi''), fejn ippreżenta t-teorija tal-gwerra ġusta u saħaq li kull ġens kien marbut bil-prinċipji tad-Dritt Naturali.