Ugo Grozju: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
No edit summary |
No edit summary |
||
Linja 11:
L-[[Ingilterra]], li kienet qed tissielet mal-Olandiżi ħalli tikseb qagħda fuqana fil-kummerċ dinji, opponietha din l-idea, u ħabbret is-sovranità tagħha fuq l-ibħra madwar il-Gżejjer Brittanniċi. Fil-''Mare clausum'' (1635) [[John Selden]] ittanta juri kif kien possibbli li l-ibħra tagħmilhom tiegħek, hekk kif jiġri bl-artijiet. Billi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ibħra kien hemm bosta kontroversji, l-Istati li jagħtu fuq il-baħar iddeċidew li jinvokaw il-prinċipju li l-baħar huwa estensjoni tat-terraferma. Fil-fatt, instabet soluzzjoni min-naħa ta' [[Cornelius Bynkershoek]] li fid-''De dominio maris'' (1702) issuġġerixxa li d-dominju fuq l-ibħra kien limitat għal dak li seta’ jintlaqat minn kanun li jkun fuq it-terraferma (jiġifieri, l-ibħra biss li jistgħu jiġu difiżi mill-art). Din ir-regola ntlaqgħet universalment u kienet imtejba mill-hekk-imsejjaħ limitu ta’ tliet mili.
Aktar tard, din it-tilwima kellha implikazzjonijiet ekonomiċi siewja. Ir-Repubblika Olandiża kien isostni l-idea tal-iskambju liberu (minkejja li kienet imponiet il-monopolju tagħha fuq il-kummerċ tan-noċemuskata u tal-imsiemer tal-qronfol fuq il-Gżejjer Molukki). L-Ingilterra, mill-banda l-oħra, fl-1651 għaddiet
[[Stampa:Hugo de Groot.jpg|thumb|150px|left|Mafkar Ugo Grozju]]
Grozju kien sostenitur tal-Istati Ġenerali Olandiża, u għalhekk kontra l-i''statolder'' Mawrizju ta’ Nassau, bin Gulielmu I d'Orange (Gulielmu s-Sieket). Safa arrestat minn Mawrizju nhar id-29 ta’ Awwissu 1618, flimkien ma’ Johan van Oldenbarnevelt. Wara proċess sommarju, Van Oldenbarnevelt safa kkundannat għall-mewt u ġġustizzjat, filwaqt li Grozju safa kkundannat
Grozju għex fi żmien il-gwerra tat-Tmenin Sena bejn Spanja u l-Pajjiżi Baxxi u l-gwerra tat-Tletin Sena bejn il-ġnus Ewropej Protestanti u dawk Kattoliċi. Mhux tal-għaġeb għalhekk li kien interessat fit-tilwim bejn il-ġnus u wkoll dak bejn ir-reliġjonijiet. Kien Kalvinista moderat u kellu ħafna kuntatti mad-dinja Kattolika u saħansitra kien jittama li għad ikun hemm riunifikazzjoni tal-Knejjes Insara. Fl-1625 ippubblika l-ktieb ''De iure belli ac pacis'' (''Il-Liġijiet tal-Gwerra u tal-Paċi''), fejn ippreżenta t-teorija tal-gwerra ġusta u saħaq li kull ġens kien marbut bil-prinċipji tad-Dritt Naturali.
|