Ugo Grozju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[File:Michiel Jansz van Mierevelt - Hugo Grotius.jpg|thumb|230px|Hugo Grotius - Ritratt impitter minn Michiel Jansz van Mierevelt, 1631]]
 
'''Ugo Grozju''' (Hugo Grotius, Huig de Groot, jew Hugo de Groot) (Delft, 1583 – Rostock, 28 ta’ Awwissu 1645) kien ġurista, filosfu u kittieb Olandiż.
 
Ħadem bħala ġurista fil-Provinċji Uniti (il-lum il-[[Olanda|Pajjiżi l-Baxxi]]) u bena s-sisien tad-Dritt Internazzjonali, ibbażat fuq id-Dritt Naturali. Kien ukoll filosfu, kittieb tat-teatru, u poeta.
 
== Bijografija ==
Linja 9:
Fil-ktieb tiegħu ''Mare Liberum'', Ugo Grozju ifformula l-prinċipju innovattiv li l-baħar huwa territorju internazzjonali u li l-ġnus kollha huma liberi li jikkummerċjaw f’rotot marittimi. Grozju meta ħabbar il-“libertà tal-ibħra” ta ġustifikazzjoni ideoloġika għall-ksur ta' xi monopolji kummerċjali min-naħa tal-flotta Olandiża (li mbagħad għaddiet biex tistabbilixi dawk tagħha).
 
L-[[Ingilterra]], li kienet qed tissielet mal-Olandiżi ħalli tikseb qagħda fuqana fil-kummerċ dinji, opponietha din l-idea, u ħabbret is-sovranità tagħha fuq l-ibħra madwar il-Gżejjer Brittanniċi. Fil-''Mare clausum'' (1635) [[John Selden]] ittanta juri kif kien possibbli li l-ibħra tagħmilhom tiegħek, hekk kif jiġri bl-artijiet. Billi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ibħra kien hemm bosta kontroversji, l-Istati li jagħtu fuq il-baħar iddeċidew li jinvokaw il-prinċipju li l-baħar huwa estensjoni tat-terraferma. Fil-fatt, instabet soluzzjoni min-naħa ta' [[Cornelius Bynkershoek]] li fid-''De dominio maris'' (1702) issuġġerixxa li d-dominju fuq l-ibħra kien limitat għal dak li seta’ jintlaqat minn kanun li jkun fuq it-terraferma (jiġifieri, l-ibħra biss li jistgħu jiġu difiżadifiżi mill-art). Din ir-regola ntlaqgħet universalment u kienet imtejba mill-hekk-imsejjaħ limitu ta’ tliet mili.
 
Aktar tard, din it-tilwima kellha implikazzjonijiet ekonomiċi siewja. Ir-Repubblika Olandiża kien isostni l-idea tal-iskambju liberu (minkejja li kienet imponiet il-monopolju tagħha fuq il-kummerċ tan-noċemuskata u tal-imsiemer tal-qronfol fuq il-Gżejjer Molukki). L-Ingilterra, mill-banda l-oħra, fl-1651 għaddiet inl-''NavigationAtt Acttan-Navigazzjoni'', li bih ippermettiet li fil-pajjiż jidħlu biss il-prodotti trasportati mill-bastimenti Ingliżi. Dan wassal għall-ewwel gwerra Anglo-Olandiża (1652 - 1654).
[[Stampa:Hugo de Groot.jpg|thumb|150px|left|Mafkar Ugo Grozju]]
Grozju kien sostenitur tal-Istati Ġenerali Olandiża, u għalhekk kontra l-i''statolder'' Mawrizju ta’ Nassau, bin Gulielmu I d'Orange (Gulielmu s-Sieket). Safa arrestat minn Mawrizju nhar id-29 ta’ Awwissu 1618, flimkien ma’ Johan van Oldenbarnevelt. Wara proċess sommarju, Van Oldenbarnevelt safa kkundannat għall-mewt u ġġustizzjat, filwaqt li Grozju safa kkundannat għal għomru l-ħabs fil-Kastell ta’ Loevenstein. Fl-1621 irnexxielu jaħrab billi nħeba f'senduq għall-kotba, u stkenn Pariġi. Fl-Olanda huwa magħruf l-aktar għal dil-ħarba rokamboleska tiegħu. Kemm il-Rijksmuseum f’Amsterdam, kemm il-Het Prinsenhof f’Delft jisħqu li għandhom is-senduq oriġinali.
 
Grozju għex fi żmien il-gwerra tat-Tmenin Sena bejn Spanja u l-Pajjiżi Baxxi u l-gwerra tat-Tletin Sena bejn il-ġnus Ewropej Protestanti u dawk Kattoliċi. Mhux tal-għaġeb għalhekk li kien interessat fit-tilwim bejn il-ġnus u wkoll dak bejn ir-reliġjonijiet. Kien Kalvinista u moderat u kellu ħafna kuntatti mad-dinja Kattolika u saħansitra kien jittama li għad ikun hemm riunifikazzjoni tal-Knejjes Insara. Fl-1625 ippubblika l-ktieb ''De iure belli ac pacis'' (''Il-Liġijiet tal-Gwerra u tal-Paċi''), fejn ippreżenta t-teorija tal-gwerra ġusta u saħaq li kull ġens kien marbut bil-prinċipji tad-Dritt Naturali.
 
Kittieba bħal Bayle u Valletta jgħidu li kkonverta għall-Kattoliċeżmu hu u jmut.
 
Grozju għandu [[asterojde]] msemmi għalih: 9994 Grotius
 
==It-Teorija tal-"Kuntratt Soċjali"==
 
Grozju hu meqjus, flimkien ma’ [[Francisco de Vitoria]], bħala missier id-Dritt Naturali fl-epoka moderna. Barra minn hekk, fil-ktieb tiegħu ''De iure belli ac pacis'' hemm kwadru sħiħ tat-tendenzi li mbagħad wasslu għar-razzjonaliżmu modern.
 
Waħda mit-teoriji ġusfilosofiċi l-aktar importanti fformulati minn Grozju kienet dik tal-"kuntratt soċjali"', jiġifieri li l-istat tan-natura jidderiva minn tendenza tal-bniedem li jasal li jistitwixxi flimkien ma’ dawk bħalu forma determinata ta’ komunità politika, paċifika u konkordi ( ''appetitus societatis'' ).