Lamantin Afrikan: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Tiswija
mNo edit summary
Linja 20:
}}
[[Image:Firxa tal-Lamantin Afrikan Trichechus senegalensis.png|thumb|227px|Firxa tal-[[Lamantin Afrikan]] ''[[Trichechus senegalensis]]'']]
Il-[[Lamantin Afrikan]] huwa 1 minn 3 speċi ta' [[mammiferi]] [[plaċentati]] [[erbivori]] kbar tal-ilma, mill-[[familja]] [[Trichechidae]] fil-[[ġeneru]] ''[[Trichechus]]'' magħruf ukoll bħala [[baqra tal-baħar]] jew bl-isem ta' "[[manati]]" kelma [[Spanjola]] li ġejja mill-[[Karibew]] li tfisser "sider" ta' mara. Dan il-[[lamantin]] ftit li xejn gie studjat u b'hekk ma tantx hemm tagħrif dwaru.
 
Il-[[lamantin Afrikan]] għandu ġilda griża u bħala kobor huwa l-mezzan fost it-3 speċi li jeżistu, twil minn 3 metri sa 4.5 metri u jiżen massimu ta' ftit inqas minn 500kilogramm. Dan il-lamantin minbarra huwa simili ħafna tal-[[lamantin tal-Karibew]] ħlief mid-daqs, fejn normalment il-[[lamantin tal-Karibew]] jiżen id-doppju u jidher ħafna eħxen.
 
==Dieta==
Il-[[Lamantin Afrikan]] huwa [[mammiferu]] [[erbivoru]] li jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u huwa l'aktar speċi ta' lamantin li jiekol ħafna veġetazzjoni li mhijiex tal-ilma. [[Lamantin]] adult normalment jiekol bejnmadwar 10% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.
 
==Distribuzzjoni==
Il-[[Lamantin Afrikan]] (''[[Trichechus senegalensis]]'') huwa mifrux mal-kosta u xmax-xmajjar tal-pajjiżi fil-[[Punent]] ta' l-[[Afrika]] fil-pajjiżi bħal [[Angola]], [[Benin]], [[Burkina Faso]], [[Ċad]], [[Gabon]], [[Gambja]], [[Gana]], [[Gwineja]], [[Gwineja Ekwatorjali]], [[Gwineja-Bissau]], [[Kamerun]], [[Kosta tal-avorju]], [[Liberia]], [[Mali]], [[Mawritanja]], [[Niger]], [[Niġerja]], [[Republika demokratika tal-Kongo]], [[Senegal]], [[Sierra Leone]] u [[Togo]].
 
==Riproduzjoni==
Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla għal ewwel nifs waħdu mingħajr l'ebda għajnuna min naħa tal-omm. Dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snien, rata ta' riproduzjoni verament baxxa. Il-maturita sesswali fin-nisa tista tintlaħħaq kmieni fl-eta ta' 3 snien biss waqt li fl-irġiel tieħu aktar żmien.Il-[[lamantin Afrikan]] huwa maħsub li jigħx madwar it-30 sena.
 
 
==Klassifikazzjoni==