Egon Schiele: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
m r2.7.1) (robot Adding: el:Έγκον Σίλε |
No edit summary |
||
Linja 19:
Fl-1911, Schiele ltaqa’ ma’ tfajla ta’ sbatax-il sena, Valerie (Wally) Neuzil. Din marret toqgħod miegħu Vjenna u qagħditlu mudella għall-iżjed pitturi impressjonanti. Ma tantx nafu fuqha ħlief li qabel kienet timmudella għal Gustav Klimt u setgħet kienet waħda minn namrati tiegħu. Schiele u Wally riedu jaħarbu minn dak li kienu jqisuh l-ambjent magħluq ta’ Vjenna u marru joqgħodu fil-belt żgħira ta’ Český Krumlov (Krumau) fil-Boemja t’isfel (fejn illum hemm mużew dedikat lil Schiele). Minkejja li Schiele kien jaf xi nies, għax ommu kienet twieldet hemm, il-mod kif kienu jgħixu qajjem ħafna għagħa fost ir-reżidenti u dawn ġegħluhom iħallu l-belt.
Schiele fittex studju rħis u ambjent li jispirah u dawn sabhom Neulengbach, 35-il km lejn il-punent ta’ Vjenna u mar joqgħod hemm ma’ Wally. Il-mod kif kienu jgħixu Schiele u Wally qajjem ħafna storbju fil-belt u f’April ta’ l-1912 arrestawh għall-korruzzjoni ta’ minorenni. Meta l-pulizija ġew l-istudju biex jarrestawh, ikkonfiskaw iżjed minn mitt
Fl-1914 Schiele ltaqa' ma' Edith Harms li kienet toqgħod fl-istess triq faċċata ta’ l-istudju u li kienet it-tifla ta’ mastru-ċavettier. Is-sena ta’ wara telaq 'l Wally u tgħarras ‘l Edith u minkejja xi oppożizzjoni mill-familja tagħha, iżżewiġha f’Ġunju ta' 1915.
Linja 32:
== Ix-xogħol ==
Dan hu karatteristiku ħafna, bl-linji kważi mnaqqxin, qawwijin, enerġitiċi u żguri minnhom nfishom, xi drabi vjolenti. Schiele jpinġi l-ġisem uman b’mod remarkabbli li l-iskeletru ma jinħebiex taħt il-laħam, d-
Schiele pinġa xi mitt awtoritratt, xi minn daqqiet juri ruħu għarwien, wiċċu mixrub u tturmentat, jew imwerreċ ikrah, allużjoni umoristika għal kunjomu "schielen" li bil-[[Ġermanja|Ġermaniz]] tfisser "twerriċa", u xi kritiċi ostili ipprofitaw ruħhom minn din il-logħba fuq il-kliem.
|