Partit Laburista (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
vandaliżmu!!
Linja 47:
== Is-snin 2000 ==
 
Wara l-elezzjonijiet ta' l-1998 Sant baqa' mhux ikkontestat bħala Mexxej għalkemm tilef wieħed mid-deputati mexxejja tiegħu, Ġorġ Abela. Ta min jghid li kien hemm it tixwix min naha tal-partit nazzjonalista u il-membri tighu. Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata mill-kwistjonijiet politiċi madwar l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-UE, xi ħaġa li l-MLP oppona. In-negozjati ngħalqu fl-aħħar ta' l-2002. Il-Gvern sejjaħ referendum f'Marzu imma l-MLP ta struzzjonijiet biex il-partitarji jew jastjenu, jew jivvotaw kontra, jew iħassru l-vot. Minkejja li maġġoranza ivvotat "iva" l-MLP insista li l-vot m'għaddiex peress li din ma kinitx maġġoranza tal-votanti kollha eliġibbli.
 
Il-Gvern mill-ewwel sejjaħ elezzjonijiet ġenerali li l-MLP raġa' tilef. Sant irriżenja u ssejjħet elezzjoni għal Mexxej. Sant ikkontesta u ġab kważi żewġ terzi tal-voti. Il-politika ta' l-MLP fil-konfront ta' l-UE inbidlet u kien Sant stess li ġab l-approvazzjoni tal-Konferenza Ġenerali biex jappoġġa t-test tat-Trattat Kostituzzjonali ta' l-UE.