Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
Linja 48:
===Alfonsu ta' Aragona ===
[[Stampa:Cesareborgia.jpg|thumb|xellug|Cesare Borgia, hu Lucrezia]]
Mill-1499 sal-1502 Lucrezia kienet, b'ħatra papali, il-gvernatriċi ta' [[Spoleto]], [[Foligno]], [[Assisi]] [[Nocera Umbra|Nocera]], [[ Sassoferrato]], [[Visso]], [[Gualdo Cattaneo|Gualdo]], [[Bettona]], [[Trevi]], [[Bevagna]], [[Montefalco]], [[Sangemini]] u tal-abbazija ta' [[Ferentillo]]. Kienet toqgħod Spoleto.
Fiż-żmien tat-tieni żwieġ tagħha, Lucrezia kienet kompletament mitlufa fid-dinja ta' missierha, milli jidher mingħajr ma kienet taf kemm kien qarrieq, u konvinta li l-Papa kien jagħmel kollox immexxi biss mill-imħabba immensa li kellu għat-tifla fessuda tiegħu. Allura laqitgħu lil [[Alfonsu ta' Aragona (1481-1500)|Alfonsu ta' Aragona]], li milli jidher kien l-ewwel imħabba ta' ħajjitha. Iż-żgħażagħ simili ħafna, it-tnejn sagrifikati għal raġunijiet tal-istat, malajr sabu ruħhom jaqblu u jħobbu lil xulxin. Kellhom tarbija, Rodrigo Aragona.
Madankollu, il-Papa kellu għanijiet espansjonisti kbar u, minħabba l-inkwiet fuq l-alleanza li kellu ma' Franza, kontra Spanja u Napli, wasal għall-konklużjoni li ż-żwieġ kien piż biss għalih. Alfonsu sar jaf u minkejja li kien iħobbha lil Lucrezia, ħarab biex isalva ħajtu. Il-Papa wieġeb għat-talbiet tal-għażiża bintu biex iġibilha lil
Hekk mela fil-lejla tal-15 tal-Lulju 1500 iż-żagħżugħ waqt li kien qiegħed jagħmel l-erba' passi ta' filgħaxija, ġie attakkat minn dawk li mid-dehra kienu pellegrini.
|