Francis Ebejer: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 15:
 
==Xogħlijiet==
Ebejer kiteb in-novelli kollhahahakollha barra waħda bl-Ingliż. L-aħħar novella ''The Malta Baron and I Lucian'' kienet ippublikata fl-2002, disa’ snin wara mewtu. Din tista’ titqies bħala tewmija ma’ ''Requiem for a Malta Fascist'' (1980). Iż-żewġ novelli jittrattaw il-[[faxxiżmu]] u t-[[Tieni Gwerra Dinjija]]. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.
 
Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f’Malta fit-tieni nofs tas-Seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.
Linja 21:
Fis-snien ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju, waqt li fis-snin sittin raw ‘l Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu ''Vaganzi tas-Sajf'' (1962), ''Boulevard'' (1964), u ''Menz'' (1967) għamlu suċċess kbir u taw ‘l-letteratura Maltija l-ewwel drammi intelletwali. L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien ''Il-Ġaħan ta' Binġemma'', miktub fl-1986 ghas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopadi Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom 'Bloddy in Bolivia'' u ''The Golden Tut'' kif ukoll ''The Cliffhangers'', li mbagħad qalbu għall-Malti bħala ''L-Imwarrbin''.
 
'''Novelli bl-Ingliż:'''Made By Karl Vella Kullegg San Benedittu
*A Wreath of Maltese Innocents (1958)
*Wild Spell of Summer (1968)