Karin Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 35:
== Poeżija ta' Oliver Friggieri ==
 
IlFil-poeżija tiegħu "Karin u Raymond", il-poeta [[Oliver Friggieri]] ‘jżewweġ’ fil-ġenna lil Karin Grech u lil [[Raymond Caruana]] (li nhar is-6 ta’ Diċembru 1986, inqatel meta kien fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja u xi ħadd mhux magħruf spara tiri fuq il-każin). Iżewwiġhom fil-ġenna, fejn minn hemm fuq qed jgħassu biex ma jerġax jiġri dak li ġara lilhom. Għandhom ħolma waħda li mhi ta’ ebda partit politiku, il-ħolma li sseħħ l-għaqda fost ħuthom il-Maltin. Biex din l-għaqda sseħħ, il-Maltin ma jridux jinsew dak li ġara fl-imgħoddi. Il-memorja ta’ dawn iż-żewġ żgħażagħ maqtula għandha tiftħilna għajnejna biex ma ninsewx li aħna lkoll aħwa Maltin.
 
 
'''Karin u Raymond'''
 
Hawn fuq iltqajna t-tnejn għall-ewwel darba,
 
għarajjes li ssaħħarna minn xulxin,
 
għarajjes li m’hemm xejn li se jifridna,
 
għarajjes li noħolmu bil-Maltin.
 
 
Id’id għarajjes bojod li nittajru
 
fi żwieġ li ma jixjieħx matul iż-żmien,
 
żewġ kwiekeb li nittawlu kull flgħaxija
 
u ngħassu fuqkom dejjem, kullimkien.
 
 
Għassiesa t-tnejn mill-għoli fejn ninsabu,
 
għassiesa li ma norqdu qatt u qatt,
 
għassiesa biex id-demm li xerridn’aħna
 
ma jerġa’ jxerrdu ħadd u ħadd u ħadd.
 
 
Hemm ħolma bajda fl-għerusija tagħna
 
li ma jħassarha b’xejn ebda kulur,
 
hemm ħolma li m’hix blù w anqas m’hi ħamra,
 
hemm ħolma li fi żwieġ biddlet dulur.
 
 
Hemm salm li kiber fina biex nessiena
 
kull weġgħa, kull tifkira, kull lament,
 
hemm vleġġa li trid tinfed lill-qlub kollha
 
f’kull dar, f’kull triq, f’kull sqaq, f’kull parlament.
 
 
Hemm blata taħt għajnejna li nonġruha
 
filgħodu w filgħaxija t-tnejn id f’id,
 
hemm gżira li nsaqquha biex sa fl-aħħar
 
minn hawn narawha tikber f’nazzjon ġdid.
 
 
Bl-imħabba jħabbtu qlubna taħbit wieħed,
 
l-imħabba li żewġitna hawn fuq it-tnejn,
 
l-imħabba nitolbukom biex dal-kalċi
 
li xrobna ma nkunux xrobnieh għalxejn.
 
 
Hemm kmandament li tnissel miż-żwieġ tagħna
 
biex dawn id-dmija mxerrda ma jinħlewx,
 
ktibnieh bid-demm, tgħallmuh w għallmuh ‘l uliedkom:
 
il-kmandament ta’ għada: ‘La tinsewx’.