Karin Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 32:
 
F'San Ġwann, hemm Ġnien Karin Grech, b'monument tagħha fih. Ta' kull sena, fl-anniversarju tal-qtil tagħha, il-[[Partit Laburista]] itella' programm ta' tifkira f'ġieħha bil-preżenza tal-qraba tagħha.
 
== Poeżija ta' Oliver Friggieri ==
 
Il-poeta Oliver Friggieri ‘jżewweġ’ fil-ġenna lil Karin Grech u lil [[Raymond Caruana]] (li nhar is-6 ta’ Diċembru 1986, inqatel meta kien fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja u xi ħadd mhux magħruf spara tiri fuq il-każin). Iżewwiġhom fil-ġenna, fejn minn hemm fuq qed jgħassu biex ma jerġax jiġri dak li ġara lilhom. Għandhom ħolma waħda li mhi ta’ ebda partit politiku, il-ħolma li sseħħ l-għaqda fost ħuthom il-Maltin. Biex din l-għaqda sseħħ, il-Maltin ma jridux jinsew dak li ġara fl-imgħoddi. Il-memorja ta’ dawn iż-żewġ żgħażagħ maqtula għandha tiftħilna għajnejna biex ma ninsewx li aħna lkoll aħwa Maltin.
 
'''Karin u Raymond'''
 
Hawn fuq iltqajna t-tnejn għall-ewwel darba,
għarajjes li ssaħħarna minn xulxin,
għarajjes li m’hemm xejn li se jifridna,
għarajjes li noħolmu bil-Maltin.
 
Id’id għarajjes bojod li nittajru
fi żwieġ li ma jixjieħx matul iż-żmien,
żewġ kwiekeb li nittawlu kull flgħaxija
u ngħassu fuqkom dejjem, kullimkien.
 
Għassiesa t-tnejn mill-għoli fejn ninsabu,
għassiesa li ma norqdu qatt u qatt,
għassiesa biex id-demm li xerridn’aħna
ma jerġa’ jxerrdu ħadd u ħadd u ħadd.
 
Hemm ħolma bajda fl-għerusija tagħna
li ma jħassarha b’xejn ebda kulur,
hemm ħolma li m’hix blù w anqas m’hi ħamra,
hemm ħolma li fi żwieġ biddlet dulur.
 
Hemm salm li kiber fina biex nessiena
kull weġgħa, kull tifkira, kull lament,
hemm vleġġa li trid tinfed lill-qlub kollha
f’kull dar, f’kull triq, f’kull sqaq, f’kull parlament.
 
Hemm blata taħt għajnejna li nonġruha
filgħodu w filgħaxija t-tnejn id f’id,
hemm gżira li nsaqquha biex sa fl-aħħar
minn hawn narawha tikber f’nazzjon ġdid.
 
Bl-imħabba jħabbtu qlubna taħbit wieħed,
l-imħabba li żewġitna hawn fuq it-tnejn,
l-imħabba nitolbukom biex dal-kalċi
li xrobna ma nkunux xrobnieh għalxejn.
 
Hemm kmandament li tnissel miż-żwieġ tagħna
biex dawn id-dmija mxerrda ma jinħlewx,
ktibnieh bid-demm, tgħallmuh w għallmuh ‘l uliedkom:
il-kmandament ta’ għada: ‘La tinsewx’.