Karin Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
Karen Grech (1962-1977), bint il-Professur [[Edwin Grech]] u Pearl, kienet tfajla li nqatlet ta’ 15-il sena, kawża ta’ splużjoni li seħħet minn pakkett bomba mgeżwer f’karti tal-Milied, li ntbagħat fid-dar tal-ġenituri tagħha f'San Ġwann nhar it-28 ta' Diċembru 1977. Fil-preżenza ta’ ħuha Kevin, li dak iż-żmien kien għad kellu għaxar snin, Karin kienet fetħet il-pakkett li kien indirizzat lil missierha, li ħasbitu xi rigal. Hija mietet nofs siegħa wara fl-Isptar San Luqa, kawża tal-ġrieħi li ġarrbet minħabba ħruq f’diversi partijiet ta’ ġisimha. Fil-quddiesa tal-Funeral, l-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]] kien sejjaħ il-qtil ta' Karin Grech "l-ewwel att terroristiku fil-pajjiż."
 
== Il-Kwistjoni tat-Tobba ==
Linja 16:
 
Iżda l-Gvern ħabbar, ftit tal-jiem wara, li se jappella minn din is-sentenza. Minkejja li qal li se jaċċetta li jħallas il-kumpens, qal li ma jaqbilx mal-Qorti li dan kien każ politiku għax id-delitt għadu mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt.
 
== Il-Każ tat-Tabib Paul Chetcuti Caruana ==
 
Paul Chetcuti Caruana, tabib u Membru Parlamentari Laburista bejn l-1976 u l-1981, kien irċieva bil-posta bomba li ma ħaditx fl-istess jum u ħin li pakkett simili kien impustat lit-Tabib Edwin Grech u li kienet qatlet lil bintu Karin. Bdew jinxterdu xnigħat li għax ma ħaditx il-bomba li kien irċieva Chetcuti Caruana, kien hu li għamel il-bomba li qatlet lil Karin Grech. F'intervista li ta fl-2007, Chetcuti Caruana meta mistoqsi jafx min qatel lil Karin Grech wieġeb: “Fid-Depot naħseb jafu min hu u naħseb anki f’Tal-Pietà jafu min hu.” Qal li skond ma qalulu l-esperti l-bomba tiegħu ma ħaditx għax kien hemm xi molol imsaddin, u stqarr li hu kien se jkun “vittma ta’ frame-up mill-Pulizija” fuq dan il-każ, u akkuża lill-esperti ta’ Scotland Yard li għenu fl-investigazzjonijiet li kienu “kważi viċin li jkomplu bil-frame-up.” Qal li fl-1991 kien hemm tentattiv li jerġa’ jsir frame-up fuqu meta programm televiżiv kien reġa’ qabad il-każ u kien wassal biex il-Pulizija televa l-marki tal-pala ta’ idejn it-tabib biex tqabbilhom ma’ dawk elevati minn fuq il-karti li kienu mgeżwra l-pakketti splussivi li ntbagħtu fl-1978, iżda spjega li kollox kien reġa’ waqa’ fil-muta wara li l-marki tal-id la qablu ma’ tiegħu u lanqas ma’ ta’ Reginald Cini li kien jgħix fl-Awstralja.
 
== Il-Politiċi ==