Galeopterus variegatus: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
mNo edit summary
Linja 23:
*''variegatus''
}}
 
Il-[[kolugo tà Sunda]] jew [[kolugo Malajan]] (''Galeopterus variegatus'') huwa 1 minn 2 speċi tà kolugi li jiffurmaw l-[[ordni]] [[Dermoptera]], jgħix fil-foresti tropikali tax-Xlokk tà l-Asja u għandu firxa ħafna akbar minn dik tal-[[kolugo tal-Filippini]] (Indocina,Birma,Tajlandja,Malasja,Sumatra,Ġava,u Borneo). [[Kolugi tà Sunda]] skond studji reċenti hemm 4 [[sottospeċi]] u dawn huma tà Borneo, tà Ġava, tà Sumatra, u tal-Malaja.
 
Dan il- [[kolugo]] għalkemm tà daqs żgħir huwa meqjuż kbir għall-[[Mammiferi|mammiferu]] tas-siġar. Il-[[kolugo tà Sunda]] jew [[kolugo Malajan]] huwa akbar, bil-pijl griż fil-kannella, aktar ċar, u ħafna aktar imtebba minn dak tal-[[kolugo tal-Filippini]] ''[[Cynocephalus volans]]''. Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat kollha tà l'istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.
 
Dawn il-[[mammiferi]] għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt ta' l-appendiċi kollha li f'l-ebda [[mammiferu]] ieħor mà laħqet din il-firxa. Din il-membrana jew pataġjum mifruxa wkoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.
 
==Klassifikazjoni==