Għoti tal-penalties: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m [r2.5.2] robot Modifying: ka:პენალტი (ფეხბურთი); kosmetiċi bidliet
Linja 1:
L-'''għoti tal-penalties''' huwa metodu li xi kultant hu wżat biex jiddeċiedi liema tim ikompli għall-fażi li jmiss ta' kampjonat (jew jekk jirbaħx il-kampjonat) wara pari f'partita tal-[[futbol]]. L-għoti tal-[[penalty|penalties]] huma mmexxija minn ċerti regoli, li huma parti mil-logħob normali matul il-partita.
 
== Ħarsa ġenerali ==
 
L-għoti tal-penalties ma jimxux skond il-liġijiet tal-penalties. Madanakollu, huma jsegwu l-istess proċedura tal-penalties u huma magħrufin aħjar bħala sempliċiment "penalties". Matul l-għoti tal-penalties, il-plejers, minbarra dak li jkun se jesegwixxi l-penalty u l-gowler tad-difiża, iridu jibqgħu fiċ-ċirku tan-nofs.
 
Il-gowls skurjati matul l-għoti tal-penalties mhumiex inklużi fl-iskor finali, u lanqas m'huma nklużi fir-rekords tal-gowls tal-plejers inklużi. Ġeneralment, dan il-metodu hu wżat f'kampjonat li jkollu bażi eliminatorja (kif inhu oppost għal logħob tal-kampjonati nazzjonali), biex jiddeċiedi minn se jkompli fil-fażi ta' wara, jew minn se jirbaħha. Is-soltu, qabel l-għoti tal-penalties ikun hemm il-[[ħin supplementari]]. Madankollu, il-[[Copa Libertadores]] kellha l-għoti tal-penalties immedjatament wara t-tmiem tat-tieni partita ta' żewġ legs, jekk l-iskor aggregat jispiċċa pari, mingħajr l-ebda ħin supplementari li jintlagħab. Mill-2005, din tieħu post jekk ma jkunx hemm rebbieħ fuq ir-[[regola tal-gowls barra mid-dar]]. Lejn tmiem is-snin tmenin, numru ta' kampjonati nazzjonali tal-futbol [[Ewropa|Ewropej]], fosthom l-[[Ungerija]], il-[[Jugożlavja]] u n-[[Norveġja]], esperimentaw bl-għoti tal-penalties immedjatament wara partiti li jispiċċaw pari, bir-rebbieħ jikseb punt aktar mit-tellief. Din kienet mal-ewwel abbandunata. Fl-[[Stati Uniti|Istati Uniti]], il-[[Major League Soccer]] fil-bidu kellha wkoll l-għoti tal-penalties wara t-tmiem tal-partita, anki matul partiti tal-kampjonat nazzjonali. Similarment il-[[J. League]] tal-[[Ġappun]] użaw dan il-metodu wara partiti li kienu jispiċċaw biex jiddertimaw ir-rebbieħ meta l-kampjonat beda. Din kienet ukoll abbandunata.
 
== Proċedura ==
 
Dan hu sommarju ta' kif isiru l-għoti tal-penalties:
 
* L-ewwel skwadra li tkun se tagħti l-penalty tkun deċiża minn [[munita]], waqt li r-[[referì]] jagħżel il-lasta fejn ikunu sejrin isiru l-penalties miż-żewġ timijiet.
* Il-plejers kollha, minn barra l-gowler u l-plejer li jkun se jixxutja, iridu jkunu fiċ-ċirku ta' nofs il-grawnd.
* L-għoti tal-penalty isir l-istess bħal penalty normali. Għal kull xutt il-ballun ikun pożizzjonat fuq iċ-ċirku tal-kaxxa (marka tal-penalty), u l-gowler biss jista' jiddefendi l-lasta. Il-gowler irid jibqa' fuq il-linja tal-lasta sakemm il-ballun ma jkunx ixxutjat mill-plejer oppost. Jekk il-gowler javanza b'antiċipu u jsalva l-gowl, ir-referì jista' jġiegħel biex il-penalty ikun ripetut.
* Kull plejer jista' jixxutja darba biss. Jekk ix-xutt jiġi salvat mill-gowler imma dan ta' l-aħħar ma jkunx żamm il-ballun f'idejh, il-plejer xorta waħda ma jistax jixxutja fiċ-ċans li jsegwi. L-istess ukoll isir jekk il-ballun jaħbat mal-lasta l-wieqfa jew mal-mimduda.
* It-timijiet jalternaw bejn xutt u ieħor sakemm ikunu waslu sal-ħames penalty. Madankollu, jekk tim ikun skorja aktar penalties mit-tim l-ieħor, u ma jkun hemm l-ebda possibilità li jintlaħaq, l-għoti tal-penalties jieqfu b'antiċipu.
* Jekk fit-tmiem ta' l-10 penalties (5 penalties għal kull tim) iż-żewġ timijiet ikunu skurjaw l-istess numru ta' gowls, l-għoti tal-penalties jibqa' jsir sakemm xi tim jiskorja u l-ieħor jiżbalja.
* Il-plejers li jkunu fil-grawnd biss fl-aħħar tal-partita jistgħu jagħtu l-penalties. Sostituzzjoni tista' issir jekk gowler minnhom ikun weġġa' matul l-għoti tal-penalties, u din is-sostituzzjoni issir jekk in-numru massimu ta' sostituzzjonijiet li huma permessi fil-kompetizzjonijiet ma jkunux għadhom intlaħqu.
* L-ebda plejer ma jista' jagħti t-tieni penalty sakemm sħabu tat-tim tiegħu kollha li kienu fil-grawnd sa tmiem il-partita u ma kinux imkeċċijin ikunu għadhom ma tawx (il-gowler inkluż).
 
== Biblijografija ==
 
* Andrew Anthony. ''On Penalties''. ISBN 0-224-06116-X
 
== Ħoloq oħra ==
 
* [[RSSSF]] – [http://www.rsssf.com/miscellaneous/penalties.html Kurżitajiet fuq l-għoti tal-penalties]
 
[[CategoryKategorija:Terminoloġija tal-futbol]]
[[CategoryKategorija:Regoli tal-futbol]]
 
[[ar:ركلات ترجيحية]]
Linja 44:
[[it:Tiri di rigore]]
[[ja:PK戦]]
[[ka:პენალტების სერიაპენალტი (ფეხბურთი)]]
[[ko:승부차기]]
[[no:Straffesparkkonkurranse]]