Kubiżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Modifying: hi:घनचित्रण शैली; kosmetiċi bidliet
Linja 6:
Fix-xogħlijiet ta' arti kubista, l-oġġetti jitkissru, jiġu analizzati u jerġgħu jitwaħħlu taħt forma astratta - minflok juri l-oġġett minn direzzjoni waħda, l-artista juri s-suġġett minn multitudni ta' direzzjonijiet sabiex jirrappreżenta s-suġġett f'kuntest akbar. L-angoli tal-uċuħ differenti sikwit jiltaqgħu għalarrieda u għaldaqstant mhemmx sens koerenti ta' fond. Il-pjani tal-isfond u tal-oġġett jidħlu f'xulxin sabiex joħolqu spazju baxx u ambigwu, wieħed mill-karatteristiċi partikolari tal-kubiżmu.
 
== Konċepiment u Oriġini ==
Matul l-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, l-elite kulturali Ewropej kienu qegħdin jiskopru l-arti [[Afrika|Afrikana]]na, [[Mikroneżja|Mikroneżjana]]na u [[Popli indiġeni tal-Amerka|Amerikana Indjana]] għall-ewwel darba. Artisti bħal [[Paul Gauguin]], [[Henri Matisse]] u Pablo Picasso kienu affaxxinati u ispirati mill-qawwa pura u s-sempliċità fl-istili ta' dawn il-kulturi barranin. Lejn l-1906, Picasso ltaqa' ma' Matisse permezz ta' [[Gertrude Stein]], fi żmien meta ż-żewġ artisti ma kinux ilhom li bdew jinteressaw ruħhom fil-[[primittiviżmu]], l-i[[skultura Iberjana]], l-[[arti Afrikana]] u l-[[maskri tribali Afrikani]]. Saru ħbieb u għedewwa fl-istess ħin u kkompetew ma' xulxin matul il-karriera tagħhom, u jista' jkun għalhekk li Picasso fl-1907 daħal f'perijodu ġdid f'xogħlu fejn kien influwenzat mill-arti Griega, Iberjana u Afrikana. Il-pitturi ta' Picasso tal-1907 ġew ikkaratterizzati bħala Protokubiżmu, bħalma jidher b'mod notevoli f'''[[Les Demoiselles d'Avignon]]'', l-anteċedenti tal-Kubiżmu.
 
Xi wħud jemmnu li l-għeruq tal-kubiżmu jinsabu fiż-żewġ tendenzi distinti tax-xogħol aħħari ta' Paul Cézanne: l-ewwel nett il-qsim tal-wiċċ miżbugħ f'roqgħat żgħar ta' żebgħa b'aspetti multipli, biex b'hekk jiġu enfasizzati l-ħafna modi ta' kif tħares mill-viżjoni binokulari, u t-tieni nett l-interess li kien juri fis-simplifikazzjoni tal-forom naturali billi jibdilhom f'ċilindri, sferi u koni.
 
== Noti u Referenzi ==
{{reflist}}
 
Linja 39:
[[gl:Cubismo]]
[[he:קוביזם]]
[[hi:घनचित्रण शैली (क्यूबिज़्म)]]
[[hr:Kubizam]]
[[hu:Kubizmus]]