Duminku ta' Guzmán: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 22:
Il-Kongregazzjoni Maltija tas-sorijiet Dumnikani twaqqfet f’ Għawdex fl-1889; u fl-1893 ingħaqdet mal-Ordni Dumnikan minn P. Fruhwirth, il-Mastru Ġenerali. Fl-1916 fetħet l-ewwel dar tagħha f’ Malta, il-Casa San Pietro, f’Ħal Lija; ma’ dawn imbagħad żdiedu tmint idjar oħra: St Joseph Home, Ħaż-Żabbar; Lourdes Home fl-Imġarr Għawdex; Apap Institute fil-Ħamrun; u St Catherine’s Home f’Ħ’Attard. Is-sorijiet Dumnikani Maltin għandhom ukoll djar fl-Ingilterra, fl-Italja, fl-Awstralja, fil-Pakistan u fis-Sri Lanka.
 
Nhar is-26 ta' Jannar 2007, il-patri Dumnikan [['''Pawlu Cremona''']] sar it-tielet Arċisqof ta' Malta.
===Il-Parroċċa ta' San Duminku, il-Belt Valletta===
Il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta saret “il-parroċċa ewlenija u matriċi tal-Belt il-ġdida kollha kemm hi” mill-[[Papa Piju V|Papa San Piju V]] b’Bolla Apostolika ''Ex Debito Pastoralis'' tat-2 ta’ Lulju 1571. Fil-25 ta’ Mejju 1816, il-knisja tgħolliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Il-knisja oriġinali, mibnija minn Ġlormu Cassar kellha tinħatt madwar mitejn sena wara, minħabba l-ħafna ħsarat li kienet ġarrbet bit-terremot tal-1693. Il-knisja ġdida ġiet konsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1889.