Soċjetà tad-Duttrina Nisranija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 34:
== Il-Ko-operaturi ==
Nhar is-17 ta’ Ottubru 1960, il-Knisja f’Malta approvat il-Fergħa tal-Kooperaturi fi ħdan is-Soċjetà tal-MUSEUM, fuq xewqa tal-Fundatur San Ġorġ Preca. Hija fergħa li għandha wkoll l-istorja tagħha, xi drabi mqallba, l-aktar fil-bidu sakemm saret parti mis-Soċjetà tal-Museum. Imma Dun Ġorġ berikha, u anke meta kienet għadha mhijiex parti mis-Soċjetà, Dun Ġorġ qatt ma fixkilha. Fl-1952, lil Patri Mikiel Fsadni kien kitiblu, “Jiena lill-Arċisqof infurmajtu fuq il-fedeltà tagħhom biex ma jimpedixxihomx. Għedtlu li jinġabru biex ma jitilfux it-tagħlim li ħadu mill-Mużew, u ma ddiżapprovahomx.” Fl-1956, lil Lewis Endrich, ex-soċju li ħames snin qabel beda dan il-proġett, Dun Ġorġ kitiblu hekk: “Jiena ġejt fit-tagħrif ta’ din il-kongregazzjoni u approvajtha. Mhux biss, iżda rrikmandajtha lis-Soċjetà, biex hija tista’ tingħata l-għajnuna. Alla bierek lil din l-għaqda...” Mill-istess ittra lil Endrich jidher ċar li Dun Ġorġ ma riedx li din l-għaqda tkun biss għall-ex-soċji, iżda riedha: “kongregazzjoni li tħaddan kull membru mifrud mis-Soċjetà, u ta’ rġiel oħra, biex it-tagħlim li inti xrobt mis-Soċjetà... ma jmurx mar-riħ, iżda jibqa’ kkultivat.” Il-Kooperaturi rġiel ilaħħqu mija u tletin membru u jiltaqgħu l-Furjana kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Sibt. Huma attivi wkoll il-Ħamrun, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, iż-Żejtun, Għawdex u anke l-Awstralja. Il-Kooperaturi nisa jiltaqgħu darba f’xahar il-Gudja, Ħal-Għaxaq, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, u Ħal-Qormi, u jkollhom laqgħa ġenerali tliet darbiet f’sena l-Blata l-Bajda. Nirringrazzjaw lil Alla għal din il-Fergħa tal-Koperaturi u nkomplu nitolbu għalihom, filwaqt li nibqgħu nfittxu modi ġodda kif nilħqu iktar u iktar nies.
 
== [[St. Michael School|Skola St. Michael]] ==
Is-Soċjetà tal-MUSEUM għal ħafna snin għenet lil ħafna tfal f'dik li hi skola. [[Dun Ġorġ Preca]] "dejjem xtaq li s-soċji jkunu jgħallmu fl-iskejjel." Iżda sal-1946 qatt ma kellha skola tagħha. Illum din l-iskola sekondarja tal-Knisja immexxija mill-MUSEUM, li twaqqfet fl-1946 minn Toni Agius, magħruf bħala s-Sur Agius, li dak iż-żmien kien jaħdem bħala ''fitter'' fit-Tarzna tilqa' fiha 340 student subien ġejjin minn diversi lokalitajiet f'Malta, li għandhom bejn 11 u 16-il sena. Sal-2005 l-impjegati tal-Iskola riedu jkunu kollha soċji rġiel tal-MUSEUM. Illum dan jgħodd biss għat-Tim Amministrattiv, għalkemm fl-2010 minn 30 għalliem nofshom huma wkoll soċji tal-MUSEUM. Ħames soċji li kienu għalliema f'St. Michael illum huma missjunarji tas-Soċjetà tal-MUSEUM f'pajjiżi oħra, fl-Albanija, fil-Peru, fil-Kenja, u fil-Polonja.
 
== Il-Librerija Preca ==