Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 37:
 
=== L-Interdett ===
Nhar il-21 ta’ Frar 1960, l-Arċisqof Gonzi u l-Isqof Pace ta’ Għawdex, ħarġu l-Pastorali tar-Randan u fiha qalu li “’l
{{kwota|Il-velenu soċjalista dieħel ġmielu speċjalment fost ċerti żgħażagħ. X’ġid jista’ jikseb il-Partit tal-Ħaddiema mill-kuntatti perikolużi li qed isiru ma’ għaqdiet u ma’ personalitajiet soċjalisti ta’ barra, speċjalment kontinentali? Biex naħdmu għall-ġid ekonomiku tal-pajjiż, hemm bżonn nesponuh għall-periklu li jitlef ruħu.}}

L-Isqfijiet ħeġġew biex “il
{{kwota|Il-prinċipji soċjalisti, li, kif rajna, bdew iġibu naturalment xi firda fostna, ma jibqgħux jixterdu, anzi jiġu mbegħda għall-kollox mill-moħħ ta’ wliedna kollha kemm huma.}}

Qalu wkoll li “ħadd
{{kwota|Ħadd ma jista’ fl-istess ħin ikun kattoliku sinċier u soċjalista fil-veru sens tal-kelma.}}
 
F'''The Struggle'', organu tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti ta’ Marzu 1960, f’artiklu bl-isem ''Kummenti dwar il-Pastorali tar-Randan'', kien hemm miktub li l-Pastorali tar-Randan ma kinitx titratta ż-żmien tar-Randan iżda kienet attakk fuq iż-żgħażagħ Laburisti u fuq il-Partit Laburista, b’bosta ineżattezzi u tagħwiġ tat-twemmin soċjalista. Ftit jiem wara, lill-Editur [[Lorry Sant]] il-Kurja ordnatlu jippubblika dikjarazzjoni ta’ apoloġija fil-ħarġa li jmiss ta’ ''The Struggle''. Nhar id-9 ta’ April, Lorry Sant irċieva digriet mingħand l-Arċisqof Gonzi bil-piena tal-interdett personali fuq artiklu li skont il-Kurja kasbar u naqqas mir-rispett lejn l-awtorità tal-Isqfijiet. Minbarra l-kundanna personali, kull min jistampa The ''Struggle'', jikteb fih, ibiegħu jew jaqrah, jkun qed jagħmel dnub mejjet.
Line 43 ⟶ 50:
Nhar it-8 ta’ April 1961, l-interdett ingħata lill-Eżekuttiv Laburista, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Dom Mintoff. Dan wara li fil-15 ta’ Marzu l-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija li fiha kkundanna l-aġir tal-Arċisqof Gonzi bħala persuna privata minħabba li bl-imġieba tiegħu kien qed joħloq ħsara lill-pajjiż u xkiel lejn il-ksieb tal-Indipendenza. Il-Kurja wieġbet li jekk l-Eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ma kienx se jagħmel apoloġija pubblika, kienet se tagħmel użu tal-pieni tal-interdett. Fit-8 ta’ April, il-Kurja għarrfet lill-aġent Segretarju tal-Partit Laburista, li wara li l-Eżekuttiv sejjaħ Konferenza Ġenerali minflok li rtira l-istqarrija tal-politika tal-Partit, l-Isqfijiet taw l-interdett personali lill-membri kollha li ħadu sehem fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ta’ nhar il-15 ta’ Marzu.
 
F-Settembru 1961 tħabbret il-mewt ta’ [[Ġużè Ellul Mercer]], Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, u awtur tar-rumanz ''Leli ta’ Ħaż-Żgħir''. Billi kien taħt il-pieni tal-interdett, indifen fil-parti taċ-ċimiterju tal-Addolorata mhux ikkonsagrata, magħrufa bħala l-Miżbla (.
 
Fl-1961istess sena, il-Partit Laburista daħal fl-A.A.P.S.O (''Afro-Asian Peoples' Solidarity Organization'') li skont il-Moviment Azzjoni Soċjali kienet "għaqda reġjonali li taħt pretesti jew skopijiet tajba bħall-ġlieda għal-libertà tal-poplu qed isservi għall-penetrazzjoni tal-Komuniżmu fl-Asja u fl-Afrika." L-Arċisqof Gonzi u l-Isqof [[Ġużeppi Pace|Pace]] t'Għawdex ħarġu pastorali li fiha fissru l-perikli tal-Integration.
 
Nhar l-24 ta´Mejju 1961, l-Arċisqof ħareġ din id-direttiva lill-Kleru:
 
"{{kwota|Bhalma nafu lkoll, dawn l-ahhar gimghat, kull fejn qieghed imur l-E.T.l-Arcisqof, qieghed jigi milqugh b´ferh kbir u turija ta' sottomissjoni filjali shiha. L-Eccellenza tieghu ma jistax ma jifrahx b'dan kollu, mhux ghaih innifsu, imma ghax din l-imgiba turi illi l-maggoranza l-kbira tal-Maltin raw li dak il-partit, li ghall-mottivi politici godda tieghu, qieghed iwettaq gwerra kontra l-Knisja, qabad triq hazina li mhix vantagguza ghall-gid spiritwali ta´ Malta u ghalhekk ghandha tigi miċħuda.
 
Izda min-naha l-ohra l-Eccellenza Tieghu ma jistax jiehu pjacir bis-sitwazzjoni li nholqot f'Malta f'materji li jaffettwaw is-sentiment religjuz ta´ Malta; huwa jrid il-ghaqda li jrid Sidna Gesù Kristu. U ghax il-Knisja ma tistax tasal fi ftehim ma'dawk li ma jridux jimxu skond it-taghlim t'Alla,bhal ma ghedna awtorevolment ahna,huma hassru d-dmir tieghi li juri x´ghandu jkun imwarrab, almenu minn dawk li jridu jibqghu maghqudin mal-Knisja. L-Eccellenza tieghu l-Arcisqof, ghalhekk, iwissi illi fic-circostanzi li ghandna llum, dan li gej ghandu jkun ikkundannat bil-qawwa kollha possibli.
Line 58 ⟶ 66:
L-eccellenza tieghu l-Arcisqof iwissi wkoll lill-genituri bir-responsabilità kbira li ghandhom fuq spallejhom quddiem Alla, meta huma jhallu lil uliedhom jiffrekwentaw il-Brigata tal-M.L.P., fejn jitghallmu jistmerru l-awtoritajiet ekklezjastici, u fil-pieni serji li johorgu minn dan. Billi jidher li xi whud jitqarbnu anke ta´ sikwit, u dawn id-dnubiet ma jqerruhomx, il-konfessuri, bhalma huwa d-dover taghhom, ghandhom, skond ir-regola tal-prudenza, jistaqsu lill-penitenti d-domandi mehtiega.
 
Ghandna niftakru li fil-Knisja s-setgha qieghda fil-kapijiet, maghzula minn Alla u mhux mill-poplu, u ghalhekk meta, fl-ambjent taghha hija tohrog direttivi, hadd m'ghandu d-dritt jikkritikaha, u inqas u inqas, bhal ma ntqal, li jikkundannaha... " }}
 
=== L-Elezzjonijiet tal-1962 ===