Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 7:
Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija kien Kappillan Militari fl-Isptar tal-Imtarfa. Fl-1919 sar ''Defensor Vinculi'' - avukat fil-kawżi ta' żwiġijiet.
==Senatur==
Fi żmien meta s-saċerdoti kienu mħajra jieħdu sehem attiv fil-politika, Dun Mikiel Gonzi daħal membru tal-[[Partit Laburista]] li kien għadu kif twaqqaf fil-15 ta' Mejju 1921, u kien jissejjaħ [[''[[La Camera del Lavoro'']]''. (Mal-Partit Nazzjonalista kien hemm Mons.Dandria u Mons. Panzavecchia). Probabilment kienu ħajruh is-[[Alfons Maria Galea|Sur Fons]] u l-Kurunell [[Willie Savona]]. Wara li mar ħa parir mingħand l-Isqof Mawru Caruana, dan qallu: "Mhux intik parir- nobbligak... biex ikun hemm bniedem ekkleżjastiku fil-Kumitat... Mur, nobbligak." Huwa attenda l-Kumitat Ġenerali tal-Partit Laburista għall-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 1921 u ħareġ kandidat għas-Senat fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1921. Kien hemm kandidat ieħor għamillu kawża għax qal li Gonzi ma kellux età biżżejjed biex joħroġ għas-Senat imma tilifha għax Gonzi kellu 35 sena. "Imbagħad ġiet l-elezzjoni," jgħid Gonzi, "ifforma ruħu l-partit tal-Labour sewwa, kellhom nies jagħmlu unur lill-Partit, tant mill-punt di viżta politiku u wkoll reliġjuż." Il-Partit Laburista tella' 7 deputati fil-Kamra Leġislattiva u 2 senaturi, fosthom [[Alfons Maria Galea]] fuq l-Ewwel Distrett u Mikiel Gonzi fuq it-Tieni Distrett. Gonzi daħal fis-Senat fl-1 ta' Novembru u dam biss ftit iktar minn sentejn mis-sitt snin li seta' jagħmel. L-ewwel liġi li għaddew kien ''The Religion of Malta Declaration Act''. Gonzi jgħid li fiż-żmien li kien fis-Senat inkoraġixxa l-istudju tal-ilsien Malti, xi ħaġa li kienet fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista.
==Isqof t'Għawdex==
Fl-1922 l-Isqof Dom Mawru Caruana ħatru segretarju privat tiegħu. Lejn nofs is-sena 1924 irriżenja mis-Senat u sar il-ħames Isqof t'Għawdex. Dam 19-il sena Isqof t'Għawdex sakemm fl-1943 inħatar Isqof ko-adjatur ta' Malta. Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-Isqof Gonzi għen ħafna biex tittaffa l-problema tal-ġuħ ħabba n-nuqqas ta' qamħ f'Malta, li seta' jwassal biex Malta ċċedi. F'laqgħa sigrieta nhar il-5 ta’ Lulju 1942, li sejjaħ il-Gvernatur Lord Gort kien hemm prezenti l-Isqof Gonzi, li fuq din il-laqgħa jikteb hekk:
Linja 16:
==Isqof u l-ewwel Arċisqof ta' Malta==
Tliet xhur wara li nħatar Isqof ko-adjatur, miet l-Isqof Mawru Caruana, u nhar is-17 ta' Diċembru Mons. Mikiel Gonzi sar Isqof ta' Malta. Fl-1944, id-Djoċesi ta' Malta kienet elevata għal Arċidjoċesi u hekk Gonzi sar l-ewwel Arċisqof ta' Malta. Fi żmienu saru l-Kungress Marjan (1949) u ċ-Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji ta' San Pawl (1960). Wara li ħa sehem fil-Konċilju Vatikan II, huwa ma qagħadx lura milli jimplimenta r-riformi konċiljari fl-Arċidjoċesi ta' Malta.
==[[Kwistjoni Politko-Reliġjuża]]==
Nhar l-4 ta’ April 1969, tħabbar il-Ftehim bejn il-MLP u l-Knisja, f'dokument li kien jgħid: “Fis-Soċjetà moderna huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-komunità politika u l-Knisja. In-natura stess tal-Knisja tesiġi li din ma tindaħalx fil-politika. L-Awtorità tal-Knisja għandha d-dmir u l-jedd li tħares l-interess spiritwali u temporali tagħha, u meta jkun hemm il-bżonn tgħallem liema huma l-prinċipji tajba u ħżiena. Il-Knisja ma timponix id-dnub mejjet bħala ċensura. Bil-pjaċir kollu niddikjaraw li fl-ispirtu tal-Konċilju Vatikan II ir-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Malta Labour Party tjiebu ħafna. Nittamaw li bil-għajnuna ta’ Alla ’l quddiem din ir-rieda tajba sservi biex issaltan il-paċi fostna.”