Speċi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Modifying: an:Especie
m robot Adding: mk:Биолошки вид; kosmetiċi bidliet
Linja 8:
L-isem xjentifiku ta' [[speċi]] propjament irid jinkiteb italizzat. Meta wieħed irid jirreferi għal speċi li m'hijiex magħrufha dan għandu jsir billi juża l-abbrevjazjoni '''''"sp."''''' fis-singular jew '''''"spp."''''' fil-plural fil-post fejn jinkiteb it-tieni parti tal-isem tal-ispeċi jew kif jissejjaħ ukoll l-'''''isem speċifiku''''' jew l-'''''epitet speċifiku'''''.
 
== Definizjonijiet ta' [[Speċi]] ==
[[Speċi]] hija popolazjoni riproduttivament iżolata li taqsam set ta' ġeni u niċċa komuni. Din id-definizjoni tiddefinixxi [[Speċi]] riproduttivament, ġenetikament, u ekoloġikament...
 
Id-definizjoni ta' [[Speċi]] hawn fuq li parti minnha hija ta' [[Ernst Mayr]], hija ftit idejalistika. Din tassumi [[riproduzjoni sesswali]], u b'hekk tħalli barra mhux definiti klassi kbira ta' organiżmi li jirriproduċu asesswalment. Il-bioloġisti ta' spiss ma jkunux jafu do not know whetherjekk 2 gruppi ta' organiżmi morfoloġikament simili humiex "potenzjalment" kapaċi jirriproduċu. Aktar minn hekk hemm ikkunsidrata il-varjazjoni ta' b'liema grad ta' suċċess għandha l-ibridazjoni kemm naturali kif ukoll taħt kundizzjoni sperimentali jew inkella b'liema grad ta' suċċess uħud mil-organiżmi jużaw ir-riproduzjoni sesswali bejniethom biex jipproduċu. B'hekk, jeżistu numru ta' definizjonijiet bi ħsieb ta' [[Speċi]]:
 
; [[Speċi]] Tipoloġika : Grupp ta' organiżmi f'liema l-individwi huma membri ta' l-i[[Speċi|speċi]] jekk huma konformi biżżejjed ma' certu kriterji fissi. Il-qalba tal-varjazjonijiet jew fenotipi fl-eżemplarijiet (ie: dnieb twal u qosra) jiddiferenzjaw l-i[[Speċi|speċi]]. Dan il-metodu klassiku gie użat biex ikunu determinati l-i[[Speċi|speċi]], bħal fil-każ ta' Linnaeus kmieni fit-teorija evoluzjonarja. Madankollu, llum il-ġurnata nafu li fenotipi differenti ma jfissrux li għandhom iwasslu dejjem għal [[Speċi|speċi]] differenti (eż. Drosophila b'4 gwejnaħ imwieled għand omm b'2 gwejnaħ ma jfissirx li huma [[Speċi|speċi]] differenti minn xulxin). [[Speċi]] imsemmija b'dan il-mod jissejħu '''''morfospeċi'''''.
 
; [[Speċi]] Morfoloġika : Popolazjoni jew grupp ta' poplazjonijiet li huma mofoloġikament differenti minn popolazjonijiet oħra. Pereżempju, wieħed jista jaraf bejn tiġieġq u papra għax għandhom il-forma tal-munqar w is-saqajn visibilment differenti. L-i[[Speċi|speċi]] ġew definiti b'dan il-mod minn ħafna qabel ma' l-istorja bdiet tiġi miktuba. Dan il-kunċett ta' [[Speċi|speċi]] huwa kritikat ħafna għax dati ġenetiċi reċenti urew li popolazjonijiet ġenetikament il-bogħod jisgħtu jkunu mofoloġikament simili filwaqt li popolazjonijiet b'differenzi morfoloġiċi kbar xi kultant jisgħtu jkunu relatati fil-qrib. Wieħed ma jridx jinsa, li l-biċċa l-kbira tal-i[[Speċi|speċi]] magħrufa ġew deskritti biss morfoloġikament u b'hekk fil-futur mhux il-bogħod wieħed jista jistenna bidliet kbar.
 
; [[Speċi]] Bioloġika / Iżolata : Set ta' popolazjonijiet li attwalment jew potenzjalment jipproduċu bejniethom. Ġeneralment fix-xogħolijiet tax-xjentisti din hija l-aktar formulazjoni utli b'eżempji ta' [[Takson|Taksa]] ogħlja bħal [[Mammiferu|mammiferi]], [[ħut]], u [[għasafar]], iżda bla sens għal [[organiżmi]] li ma jirriproduċux sesswalment. Din ma tiddistingwixx bejn il-possibilita tejoretika ta' riproduzjoni fil-popolazjoni biss w il-possibilita ta' taħlit attwali ta' ġeni bejn il-popolazjonijiet u b'hekk mhijiex pratikabli f'sitwazjonijiet ta' popolazjonijiet allopatriċi (jew f'popolazjonijiet ġeografikament iżolati). Ir-risultati ta' riproduzjoni sperimentali f'kundizjonijiet artifiċjali jistgħu bħal ma jistgħux jirriflettu x'jista jiġri li kieku l-istess organiżmi jiltaqgħu fis-selvaġġ u b'hekk huwa diffiċli biex wieħed jgħid jekk dawn ir-risultati humiex referenzi tajba għal-popolazjonijiet naturali.
 
; [[Speċi]] b'għarfien ta' sieħeb: Grupp ta' organiżmi li huma magħrufa li jarfu lil xulxin bħal sieħeb jew sieħba potenzjali. Bħal kunċett tal-i[[Speċi|speċi]] iżolata hawn fuq dan japplika għal organiżmi li jipproduċu sesswalment. Biss b'differenza mill-kunċett tal-i[[Speċi|speċi]] iżolata, dan jiffoka speċifikament fuq iżolazjoni riproduttiva qabel it-tagħmir.
 
; [[Speċi]] Filoġenetika / Evoluzjonarja / Darwinjana : Grupp ta' organiżmi li għandhom l'istess antenat; linjaġġ li jżomm l-integrita b'rispett għal linjaġġi oħra kemm minn żmien għal ieħor u spazju. f'ċertu punt tal-progress ta' dan il-grupp stess, uħud mil-membri jinbidlu u jinfirdu minn wieħed għal ieħor: meta din il-bidla u firda tkun ċara biżżejjed iż-2 popolazjonijiet jibdew jitqiesu [[Speċi|speċi]] separati.
 
; Microspeċi : [[Speċi]] li tirriproduċi mingħajr [[meiosis]] jew fertilizazjoniion b'hekk kull ġenerazjoni tkun ġenetikament identika jew l'istess għal dik ta' qabel.
Linja 27:
Fil-prattika, dawn id-definizjonijiet ħafna drabi jaqblu ħafna bejniethom, u d-differenzi bejniethom magħmula ħafn' aktar mil-emfasi milli mil-kontradizjonijiet. Mhux minn ta' linqas, s'issa 'l ebda kunċett ta' [[Speċi]] li ġie propost ma kien totalment objettiv, jew li jista jiġi applikat fil-każi kollha mingħajr ma jkun hemm bżonn għal ġudizju. Bil-ħajja kumplessa kif inhi, uħud argumentaw li definizjoni totalment objettiva għat-tipi kollha tal-ħajja hija pratikament impossibli, w il-bioloġisti għandhom jużaw l-aktar definizjoni prattika. Għal-biċċa l-kbira tal-[[vertebrat]]i, huwa il-kunċett tal-i[[Speċi]] bioloġika, u sa ċertu punt (jew għal skopijiet differenti) il-kunċett tal-i[[Speċi]] filoġenetika. Ħafna [[sottospeċi]] tal-kunċett tal-i[[Speċi]] bioloġika, huma ikkunsidrati [[Speċi]] bil-kunċett tal-i[[Speċi]] filoġenetika; id-differenzi bejn il-kunċett tal-i[[Speċi]] bioloġika w il-kunċett tal-i[[Speċi]] filoġenetika tista tiġborhom f'din is-sentenza il-kunċett tal-i[[Speċi]] bioloġika jiddefinixxi [[Speċi]] b'konsegwenza ta' manifest ta' '''''storja''''' evoluzjonarja, waqt li l-kunċett tal-i[[Speċi]] filoġenetika jiddefinixxi [[Speċi]] b'konsegwenza ta' manifest ta' '''''potenzjal''''' evoluzjonarju. B'hekk [[Speċi]] b'kunċett tal-i[[Speċi]] filoġenetika tinħoloq meta linjaġġ evoluzjonarju jibda jinfired, waqt li [[Speċi]] b'kunċett tal-i[[Speċi]] bioloġika tinħoloq meta il-firda tal-linjaġġ evoluzjonarju tkun kompluta.
 
== L-Importanza tal-Klassifikazjoni fil-Bioloġija ==
L-ideja ta' l-i[[Speċi]] għandha storja twijla. l-i[[Speċi]] huwa wieħed mill-aktar [[Takson|Taksa]] jew livelli importanti fil-klassifikazjoni għal ħafna raġunijiet:
* Ħafna drabi jikkorispondi għal dak li n-nies jittrattaw bħala it-tipi differenti ta' organiżmi bażiċi - eż.[[Kelb]] huwa [[Speċi|speċi]], [[Qattus]] huwa [[Speċi|speċi]] oħra.
* [[Nomenklatura Binominali]] (jew [[Nomenklatura Trinominali]]) standard, li x-xjentisti jirreferu b'hija għal organiżmi.
* Huwa l-uniku livell tassonomiku li għandu kontenut imperjali, fis-sens li meta wieħed jista jkun assertiv u li jista jgħid li 2 annimali huma [[Speċi|speċi]] differenti hija xi ħaġa li turi aktar l'uniċiċita dwar dawn l-organiżmi minn xi ħaġa klassifikatorja.
 
Wara użu għal-eluf ta' snien il-kunċett baqa ċentrali għal bioloġija u għal suġġetti relatati, biss, f'uħud mid-drabi jibqa wkoll definit ħażin u kontroversjali.
Linja 37:
{{Klassifikazjoni Tassonomika Obligatorja}}
 
== Ħoloq Esterni ==
* http://users.rcn.com/jkimball.ma.ultranet/BiologyPages/S/Speciation.html
* [http://www.sciencedaily.com/releases/2003/12/031231082553.htm 2003-12-31, ScienceDaily: Working On The 'Porsche Of Its Time': New Model For Species Determination Offered] Quote: "...two species of dinosaur that are members of the same genera varied from each other by just 2.2%. Translation of the percentage into an actual number results in an average of just three skeletal differences out of the total 338 bones in the body. Amazingly, 58% of these differences occurred in the skull alone. "This is a lot less variation than I'd expected", said Novak..."
* [http://www.sciencedaily.com/releases/2003/08/030808081854.htm 2003-08-08, ScienceDaily: Cross-species Mating May Be Evolutionarily Important And Lead To Rapid Change, Say Indiana University Researchers] Quote: "...the sudden mixing of closely related species may occasionally provide the energy to impel rapid evolutionary change..."
* [http://www.sciencedaily.com/releases/2004/01/040109064407.htm 2004-01-09 ScienceDaily: Mayo Researchers Observe Genetic Fusion Of Human, Animal Cells; May Help Explain Origin Of AIDS] Quote: "...The researchers have discovered conditions in which [[pig]] cells and [[human]] cells can fuse together in the body to yield hybrid cells that contain genetic material from both species... "What we found was completely unexpected", says Jeffrey Platt, M.D."
* [http://www.sciencedaily.com/releases/2000/09/000913211733.htm 2000-09-18, ScienceDaily: Scientists Unravel Ancient Evolutionary History Of Photosynthesis] Quote: "...gene-swapping was common among ancient bacteria early in evolution..."
* [http://plato.stanford.edu/entries/species/ Stanford Encyclopedia of Philosophy entry]
* [http://www.barcodinglife.org/ Barcoding of species]
 
[[CategoryKategorija:Klassifikazjoni Xjentifika]]
 
[[af:Spesie]]
Linja 94:
[[lt:Rūšis]]
[[lv:Suga]]
[[mk:Биолошки вид]]
[[mn:Зүйл (биологи)]]
[[ms:Spesies]]