Fede Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 18:
Fede Galizia turi stil li ġej mill-[[manjeriżmu]] Lombard tat-tard fis-seklu 16, li kellu ċentru f'[[Mantova]], imma kien magħruf internazzjonalment, speċjalment fi [[Franza]]. Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma fost l-ewwel eżempji ta' dan il-ġeneru ġdid li fih in-nisa, in parti għaliex kienu esklużi minn forom oħra ta' pittura, kellhom jispikkaw.
 
Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma ddettaljati ferm ħafna u differenti sewwa mix-xogħlijiet ta' missierha, tuża iżjed dettalji u kuluri jlelxu. Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet tagħha juru koffa jew skutella mimlija frott tal-istess tip, bħal ħawħ jew lanġas, bi fit frott xi mdaqqietminn daqqiet maqsum imferrex ħdejn l-iskutella.
 
F'ħafna mill-pitturi tan-natura mejta li pinġiet, qegħdet fjuri friski jew frott ieħor fuq il-mejda biex tipprovdi l-kuntrast u l-iskala. Fix-xogħol ta' Fede jidhru influwenzi ta' pitturi bħall-"Qoffa bil-Frott" ta' [[Caravaggio]]. Imma xaqilbet lejn l-istil iżjed kontrollat tal-perjodu tal-[[Kontroriforma]], u ma waslitx għall-kompożizzjonijiet u forom lussużi li kienu jużaw ħafna mill-kontemporanji tagħha li kienu qegħdin jaħdmu f'dan il-ġeneru; minflok ippreferiet li tuża stil sempliċi bħal dak li jidher fil-pitturi tan-natura mejta ta' [[Francisco de Zurbarán]] ftit aktar tard.