Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 35:
 
L-uniku ritratt tiegħu hu tpinġija li qegħda [[Stokkolma]]. Leone Pascoli <ref> Le Vite de’ Pittori, Scultori ed Architetti moderni, vol. I, Ruma, 1730 </ref> jiddiskrivieh bħala raġel qasir, ismar, irqieq, imħasseb u buruż. Kellu ġbin żgħir, għajnejn suwed fil-ħofra u xagħar qasir iswed bin-nokkli żgħar.
 
==Xogħlijiet==
Kellu ħafna kummissjonijiet fil-ħajja qasira tiegħu imma laħaq lesta ftit xogħlijiet importanti minn dawn:
 
*Statwa ta’ ''San Pawl'' fil-knisja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-belt [[Valletta]] (ċa. 1659).
*Statwa tal-''Madonna tar-Rużarju'' fil-Knisja tad-Dumnikani, ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]], Malta (1660-61).
*Statwa ta’ l-irħam ta’ ''Santa Roża ta’ Lima fl-agunija tal-mewt'' (iffirmata bid-data 1665; [[Lima]], Santo Domingo) kienet iċ-ċentru fiċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni tal-qaddisa fl-1668 f’Santa Maria sopra Minerva, [[Ruma]] u mibgħuta l- Peru immedjatament wara ċ-ċerimonji.
*Ir-reliev fl-irħam abjad ta’ l-'' Apoteożi ta’ Santa Katarina ta’ Siena'' fil-knisja ta’ Santa Caterina a Magnanapoli, [[Ruma]]. M’hemmx data għal din l-opra imma hu ġeneralment aċċettat li lestiha hu stess fl-1667 jew qabel.
*Bust tal-papa Alessandru VII: Hemm verżjoni tat-terracotta f’Palazzo Chigi f’Ariccia. Fil-[[Metropolitan Museum]], [[New York]] hemm verżjoni tal-bronż iffirmata (bid-data 1667) [http://www.metmuseum.org/toah/hd/baro/hob_57.20.htm (ritratt hawn)] u hemm bronż ieħor fid-Duomo ta’ [[Siena]].
 
Hemm numru ta’ statwi tat-terracotta fil-Mużew Èrmitaž f’San Pietruburgu
[http://www.hermitagemuseum.org/fcgi-bin/db2www/quickSearch.mac/gallery?selLang=English&tmCond=Caffa%2C+Melchiore+&Go.x=11&Go.y=11 (ara hawn)], ir-Russja, fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti, il-belt Valletta, fil-Museo di Palazzo Venezia, [[Ruma]] u f’Palazzo Braschi, Museo di Roma.
 
Xogħlijiet mhux spiċċati li komplihom Ercole Ferrata, p. eż.:
 
*''Il-Martirju ta’ Sant’Ewstakju'' fil-knisja ta’ Sant'Agnese in Agone, [[Ruma]] (1660-69).
*''San Tumas ta’ Villanova jqassam il-Karità'' fil-knisja ta’ Sant'Agostino, [[Ruma]] (1663-69). L-abbozz tat-terracotta qiegħed fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti, il-belt [[Valletta]].
*Statwa ta’ l-irħam tal-''Papa Alessandru III'' fid-Duomo ta’ [[Siena]] (1665/66).
*Statwa ta’ l-irħam ta’ ''San Pawl'' fil-grotta ta’ San Pawl, ir-[[Rabat]], Malta (1666-69).