Siti Penitenzjarji Awstraljani
Is-Siti Penitenzjarji Awstraljani (bl-Ingliż: Australian Convict Sites) huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Awstralja magħmul mill-fdalijiet ta' 11-il sit penitenzjarju li oriġinarjament kienu nbnew mill-Imperu Brittaniku matul is-sekli 18 u 19 fuq meded għammiela tul il-kosta Awstraljana f'Sydney, f'Tasmania, fil-Gżira ta' Norfolk, u f'Fremantle; li issa jirrappreżentaw "...l-aqwa eżempji eżistenti ta' trasport fuq skala kbira ta' persuni għal raġunijiet penitenzjarji u l-espansjoni kolonjali tas-setgħat Ewropej permezz tal-preżenza u x-xogħol tal-persuni fis-siti penitenzjarji".[1]
Dawn is-siti ġew inklużi kollha individwalment fil-List Awstraljana tal-Wirt Nazzjonali qabel ma żdiedu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
It-tħejjijiet bdew fl-1995, u s-siti ġew innominati għall-ewwel darba bħala siti indikattivi f'Jannar 2008. Dak it-tentattiv ma rnexxiex, u d-dokument tan-nominazzjoni tfassal mill-ġdid sussegwentement.[2]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaMill-iżjed minn 3,000 sit penitenzjarju li fadal fl-Awstralja, il-11-il komponent tas-Siti Penitenzjarji Awstraljani ntgħażlu bħala l-eżempji ewlenin tal-era penitenzjarja dinjija u saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]
Komponenti
immodifikaIl-11-il komponent tas-Siti Penitenzjarji Awstraljani huma:[1][3]
- Iż-Żona Storika ta' Kingston u ta' Arthur's Vale ("KAVHA"), il-Gżira ta' Norfolk.[4]
- Id-Dar Antika tal-Gvern u l-madwar, New South Wales.[5]
- Il-Barrakki ta' Hyde Park, New South Wales.[6]
- Il-Proprjetajiet ta' Brickendon u ta' Woolmers, Tasmania.[7][8]
- L-Istazzjon ta' Prova ta' Darlington, Tasmania.[9]
- It-Triq l-Antika l-Kbira tat-Tramuntana (bl-Ingliż: Old Great North Road), New South Wales.[10]
- Il-Fabbrika tan-Nisa ta' Cascades, Tasmania.[11]
- Is-Sit Storiku ta' Port Arthur, Tasmania.[12]
- Is-Sit Storiku tal-Minjieri tal-Faħam, Tasmania.[13]
- Is-Sit Penitenzjarju tal-Gżira ta' Cockatoo, New South Wales.[14]
- Il-Ħabs ta' Fremantle, il-Punent tal-Awstralja.[15]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Australian Convict Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-28.
- ^ Witcomb, Andrea (2012). Albert, Marie-Theres; Richon, Marielle; Viñals, Marie José; et al. (eds.). "Tensions between World Heritage and local values: the case of Fremantle Prison (Australia)". World heritage papers: Community Development through World Heritage. Paris, France: United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization (UNESCO). 31: 62. ISBN 978-92-3-001024-9.
- ^ "Australian Convict Sites - World Heritage Site - Pictures, Info and Travel Reports". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Kingston and Arthurs Vale Historic Area (KAVHA) - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Old Government House and Government Domain, Parramatta - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Hyde Park Barracks - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Brickendon Estate - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Woolmers Estate - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Darlington Probation Station - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Old Great North Road - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Cascades Female Factory - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Port Arthur Historic Site - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Coal Mines Historic Site - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Cockatoo Island - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.
- ^ "National Heritage Places - Fremantle Prison - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-04-28.