Xmun Stock

qaddis Ingliż tas-seklu 12
(Rindirizzat minn Simon Stock)

Simon Stock, OCarm (magħruf ukoll bħala Xmun Stock) kien qassis u qaddis Kattoliku Ingliż li għex fis-seklu 13 u kien pirjol bikri tal-ordni Karmelitana. Jingħad bħala tradizzjoni li l-Verġni Marija dehrtlu u tatu ċ-coqqa Karmelitana.[1] Għalhekk, id-devozzjoni popolari lejn Stock hija ġeneralment assoċjata mad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu .

Xmun Stock
Pirjol Ġeneral tal-Ordni tal-Karmelitani

1254 -
Ħajja
Twelid Aylesford (en) Translate, 1164
Nazzjonalità Renju tal-Ingilterra
Mewt Bordeaux, 16 Mejju 1265
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni eremita
Festa
16 ta' Mejju

L-Fratellanza tal-Verġni Mqaddsa Marija tal-Karmnu kellha l-oriġini tagħha bħala komunità eremita Nisranija fil-Palestina; bit-tnaqqis u l-waqgħa tar-renji involuti fil-Kruċjati u t-tkomplija tal-ħakma Musulmana fl-inħaw, fil-bidu tat-13-il seklu l-membri tal-fratellanza marru lejn l-Ewropa fejn saru patrijiet mendikanti.

Stock twieled l-Ingilterra[2] u sar mexxej bikri tal-Ordni ftit wara li l-fratellanza daħlet f'dak il-pajjiż.

L-evidenza storika dwar il-ħajja ta’ Xmun ġejja primarjament minn katalgi medjevali ta’ qaddisin u ta’ pirjoli ġenerali Karmelitani, li mhumiex konsistenti ma’ xulxin fid-dettalji tagħhom. L-ewwel wieħed minn dawn jiddeskrivi lil Xmun bħala xi ħadd magħruf għall-qdusija matul ħajtu, u l-mirakli xehdu dan wara mewtu. Il-kunjom “Stock” jidher f’xi dokumenti iżda mhux f’oħrajn, u huwa relatat ma’ storja li Simon għex għal xi żmien f’siġra vojta (“stock” tfisser zokk ta’ siġra) qabel il-wasla tal-Karmelitani fl-Ingilterra, b’konformità ma’ tradizzjoni profetika.[3]

Huwa maħsub li għex f’Aylesford f’Kent, post li fl-1247 laqa’ l-ewwel kapitlu ġenerali tal-Ordni Karmelitan li sar barra l-Art Imqaddsa, u fejn għad hemm monasteru ta’ patrijiet Karmelitani.[4] Stock kien probabbilment il-ħames jew is-sitt pirjol ġenerali tal-Karmelitani (evidenza storika tissuġġerixxi li dan aktarx li kien għall-ħabta tal-1256 sal-1266). Matul s-snin li kien attiv, l-ordni nfirxet ħafna fin-Nofsinhar u l-Punent tal-Ewropa, speċjalment fl-Ingilterra. Stock jingħad li kien responsabbli biex jitwaqqfu d-djar fundaturi fl-ibliet universitarji ta' dik l-era, bħal f'Cambridge fl-1248, fl-1253 f'Oxford, u fl-1260 f'Pariġi u Bologna. Dan kien importanti kemm għat-tkabbir tal-istituzzjoni kif ukoll għat-taħriġ tal-membri żgħar tagħha.[2]

Stock għex ħajja axxetika. Huwa għex fuq dieta ta' ħxejjex aromatiċi, għeruq u tuffieħ selvaġġ u kien jixrob biss l-ilma.[5][6]

Jingħad li miet f'Bordeaux, Franza fis-16 ta' Mejju, aktarx fl-1265, għalkemm is-sena mhix dokumentata, u kien midfun hemmhekk.[7]

L-ewwel uffiċċju liturġiku li għadu jeżisti f'isem Simon Stock jinstab 'Bordeaux fi Franza, sa mill-1435.[2] L-ewwel ċelebrazzjoniijet tal-Liturġiji tiegħu fl-Irlanda u fl-Ingilterra saru fl-1458, u nfirxu mal-Ordni Karmelitana kollha sal-1564.

Jum il-festa tiegħu hija s-16 ta’ Mejju. L-għadam ta' Stock għadu ppreservat f'katidral f'Bordeaux; tibja tiegħu itteħdet l-Ingilterra fl-1860 u tpoġġiet fil-knisja tal-Karmelitani f’Kensington, Londra, u parti mill-kranju tiegħu ingabret bħala relikwa f’Aylesford fl-1950.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "The Scapular of Our Lady of Mt. Carmel-Catechesis & Rituals prepared under the direction of The North American Provincials of Carmelite Orders, 2000
  2. ^ a b ċ Hilgers, Joseph. "St. Simon Stock." The Catholic Encyclopedia. Vol. 13. New York: Robert Appleton Company, 1912. 28 Jun. 2013
  3. ^ Louis Saggi, OCarm; Saint Simon Stock (XIII Century) Saint, Priest – Scholarly historical information
  4. ^ The Friars, Aylesford Priory website (Carmelites of the Ancient Observance) "A Brief History of the Friars", Friars website from Aylesford Priory
  5. ^ Butler, Alban. (1846). The Lives of the Fathers, Martyrs, and Other Principal Saints. Derby. p. 257
  6. ^ Roberts, Holly. (2004). Vegetarian Christian Saints. Anjeli Press. p. 96. ISBN 0-9754844-0-0 "He spent his time in prayer and solitary contemplation, preferring to live under harsh conditions, drinking only water, and never consuming any foods that were not vegetarian. He sustained himself on herbs, roots, and wild apples."
  7. ^ Bede Edwards, OCDS. "St. Simon Stock – The Scapular Vision & the Brown Scapular Devotion." Carmel Clarion Volume XXI, pp 17–22, July–August 2005, Discalced Carmelite Secular Order, Washington Province.

Ħoloq esterni

immodifika