Silvestru Magro
L-Isqof Silvestru Carmel Magro (Ir-Rabat (Malta), 14 ta' Frar, 1941 - 20 ta' Jannar 2018) kien patri Franġiskan Malti u Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja bejn l-1997 u l-2016.
Studju u Pastorali
immodifikaStudja fil-Kulleġġ Stella maris tal-Gżira u ngħaqad mal-Patrijiet Franġiskani fl-1957. Studja l-filosofija u t-teologija fis-Seminarju Franġiskan tar-Rabat. Hu pprofessa fl-1962 u kien ordnat saċerdot fl-1966.
Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Università Pontificja Antonianum u f’dik tal-Lateran f’Ruma fejn ħa d-dottorat fit-teoloġija dommatika u fit-teoloġija pastorali.
Meta ġie lura Malta, Mons. Magro beda jgħallem it-teoloġija fis-Seminarju Franġiskan. Fl-1982 inħatar kappillan tal-Parroċċa tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema.
Fil-Libja
immodifikaFl-1988 huwa ngħaqad fil-missjoni Franiskana tal-provinċja ta’ Milan fil-Libja, li aktar tard f’Mejju tal-1991 għaddiet f’idejn il-provinċja tagħna ta’ Malta.
Fl-istess żmien hu nħatar vigarju ġenerali tal-Isqof Giovanni Martinelli. Inħatar ukoll kappillan tal-komunità Kattolika Maltija u tal-komunitajiet kattoliċi li jitkellmu bl-Ingliż.
Fl-1997 huwa inħatar isqof ta’ Salde u vigarju appostoliku ta’ Benghazi fil-Libja.
Fll-2002, Mons. Magro ingħata ‘The cross of the Equestrian Order of Merit’ mill-President Pollakk, għall-ħidma tiegħu fost il-komunità Kattolika Pollakka fil-Libja.
Monsinjur Magro jibqa’ magħruf għall-umiltà tiegħu u għad-determinazzjoni tiegħu, meta għażel li jibqa’ mal-poplu Libjan anke fl-aktar żminijiet diffiċli u perikolużi.
Fi Frar tal-2006 il-knisja u d-dar tal-Isqof Magro ġew attakkati, misruqa u ngħataw in-nar
Mewt
immodifikaFl-aħħar xhur tal-2017, huwa irtira fil-Kunvent tal-Franġiskani tar-Rabat, biswit il-knisja li fiha trabba.
L-Isqof Magro, li kellu 76 sena, huwa t-tielet Isqof Malti li miet f’inqas minn xahar wara l-mewt tal-Isqof Adeodato Micallef li miet fit- 3 ta' Jannar u u ftit warajh tal-Isqof Emmanuel Barbara fil-5 ta' Jannar.
Funeral
immodifikaIl-funeral tal-Isqof Magro sar fit-22 ta’ Jannar fil-Katidral tal-Imdina.
Fl-omelija tal-funeral, l-Arċisqof Charles Scicluna sellem lill-Isqof Magro bħala martri li minkejja li ma ċarċarx demmu ta ħajtu fiżikament għall-komunità ċkejkna li kien jieħu ħsieb. Scicluna tkellem dwar it-tbatijiet fiżiċi u psikoloġiċi li għadda minnhom l-Isqof Magro biex jibqa’ mal-komunità fdata lilu, il-faqar, il-periklu u l-allarm kontinwu li kellu jġarrab.
Spjega kif kellu jgħix diversi xhur f’żewġt ikmamar u kien jivjaġġa sigħat twal biex jilħaq il-merħla tiegħu. Iddeskrivih ukoll bħala “fjakkola ħelwa u umli li tidwi fi dlam kbir” u iben dehen ta’ San Franġisk li minkejja l-persekuzzjoni kien xhud tal-paċi u d-djalogu. “Fil-persuna tal-Isqof Magro l-Knisja tidher fix-xbiha vera tagħha u fil-martirju tagħha. Il-Mulej sejjaħlu biex ikun f’ambjent fejn Ġesù kien sinjal li jmeruh.”
Kien hawn li tkellem dwar il-persekuzzjoni li Monsinjur Magro u l-komunità tiegħu għaddew minnha minħabba dawk li ma jġerrħux lil min ma jaqbilx magħhom. Kompla jiddeskrivih bħala “ambaxxatur ta’ dak kollu li jagħmilna Maltin.” L-Arċisqof fakkar li l-Maltin jibqgħu magħrufa fl-iskrittura għall-akkoljenza u l-qalb kbira tagħhom meta laqgħu lil San Pawl u dawk li miegħu ġarrbu n-nawfraġju.
“Kull fejn kien, l-Isqof Magro kien ambaxxatur ta’ din il-qalb kbira li hemm bżonn nindukraw u nippromovu,” kompla jgħid Monsinjur Scicluna waqt li spjega kif fil-persuna umli u modesta tiegħu, wieħed kien iħossu fil-preżenta ta’ Alla.
L-Arċisqof irringrazzja lill-Awtoritajiet Maltin li kienu dejjem isegwu l-passi tal-Isqof Magro fi żminijiet ta’ periklu għalih u sellem ukoll lill-Isqof George Bugeja li llum qed ikompli l-missjoni tal-Isqof Magro f’Bengażi, iżda anke fi Tripli. Monsinjur George Bugeja ma laħħaqx jasal għall-funeral minħabba li l-ajruport ta’ Tripli kien jinsab magħluq.