Sfera ċelesti
Fl-astronomija u n-navigazzjoni, l-isfera ċelesti hija sfera rotazzjonali imaġinarja ta’ raġġ ġgantesk, konċentrika u koassjali ma’ l-Art. L-isfera ċelesti hija dik l-sfera fuq liema jidru li huma imwaħla l-astri kif narawhom mill-Art.
L-oriġni ta’ illużjoni bħal din tinstab fil-fatt li iktar ‘l hinn minn ċerta distanza m’aħniex kapaċi nivvalutaw sewwa d-distanza tal-iġsma, għalhekk l-astri jidru kollha tal-istess distanza.
Ħafna mis-soċjetajiet antiki kienu jemmnu li l-kwiekeb kienu ekwidistanti mill-Art u li l-isfera kienet il-mudell veru tal-univers. Dan il-mudell huwa asstrazzjoni utli, iżda mhux korett. L-oġġetti kollha li naraw fis-sema huma daqshekk 'il bogħod li d-distanza tagħhom hija impossibli biex tikkalkulha billi sempliċiment tħares lejhom. Peress li d-distanzi huma indeterminati, kull ma wieħed irrid jagħmel hu biss li jkun jaf id-direzzjoni lejn l-oġġett biex isibu fis-sema. F’dan is-sens il-mudell tal-isfera ċelesti huwa għodda prattika għal-astronomija pożizzjonali.
Waqt il-jum żewġ punti tal-astri biss huma viżibbli u dawn huma il-poli ċelesti Pol tat-Tramuntana Ċelesti u Pol tan-nofs in-nhar Ċelesti. Is-sema tidher li ddur fuqna mil-lvant għall-punent, u tlesti ċirkwit komplut f'24 siegħa siderali. Dan il-fenomenu iseħħ minħabba id-dawrien tal-Art fuq l-assi tagħha.
L-isfera ċelesti tidher għalhekk iddur fuqha nfisha madwar assi mgħoddija mill-poli: l-assi ċelesti. Hekk kif l-Art iddur fuq l-assi tagħha, l-oġġetti fuq l-isfera ċelesti tagħti l-impressjoni li qed iddur madwar il-poli ċelesti.
L-ekwatur ċelesti huwa ċ-ċirkonferenza massima ekwidistanti mill-poli ċelesti, li jaqsam l-isfera ċelesti fiż-żewġt emisferi Tramuntana u Nofs in-nhar.
Dawk li jissejħu stillel fissi — il-parti l-kbira tal-astri — iżommu l-pożizzjoni relativa tagħhom (jew aħjar issir varjazzjoni iżda minima), u għaldaqstant huma ta' riferiment għall-isfera ċelesti. Huma tradizjonalment miġbura f’kostellazjonijiet, u għalhekk jagħtu riferiment approssimativ għall-iġsma ċelesti.
Pożizzjonijiet aktar preċiżi tal-astri jistgħu jiġu individwati permezz tal-Koordinati ċelesti.