Sena dawl
Sena dawl (plural snin dawl) hi unità ta' distanza użata fl-astronomija.
Sena dawl hi d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fil-vojt matul sena Ġuljana, jiġifieri madwar 9461 biljun kilometru (għalhekk l-ordni ta' kobor hi madwar 10,000 biljun kilometru, jew 1016 metru).
Definizzjoni
immodifikaIs-sena dawl hi unità tal-kejl tad-distanza (u mhux taż-żmien).
L-Għaqda Astronomika Internazzjonali iddefinietha[1] bħala d-distanza li jivvjaġġa foton (jew iżjed sempliċi, id-dawl) fil-vojt, f'sena Ġuljana (jiġifieri 365.25 jum jew 31,557,600 sekonda).
Il-veloċità tad-dawl fil-vojt hi kostanti fissa ta' 299,792,458 m/s (madwar 300,000 km/s), sena dawl hi eżatt ugwali għal 9,460,730,472,580.8 km; madwar 9460.730 biljun kilometru li hi ekwivalenti għal 9.460730 Petametru (Pm) jew 9460.730 Terametru (Tm). F'valur arrotondat, sena dawl hi ekwivalenti għal 9.461 Pm jew 9.461x1015m.
Użu
immodifikaIt-terminu sena dawl jintuża l-iżjed fil-popolarizzazzjoni tal-astronomija biex jesprimi id-distanzi interstellari u intergalattiċi, billi din l-unità tinftiehem faċilment mill-popolin minħabba d-definizzjoni tagħha bħala d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fiż-żmien imsemmi.
Pereżempju, Proxima Centauri, l-istilla li hi l-eqreb għas-Sistema solari, tinsab 4.22 snin dawl 'il bogħod minnha, il-Galassja ta' Andromeda tinsab madwar 2.5 miljuni snin dawl 'il bogħod mis-Sistema Solari u r-raġġiera ta' Triq ta' Sant'Anna għandha dijametru ta' madwar 10,0000 sena dawl.
L-astronomi professjonali rari jużaw it-terminu sena dawl għax jippreferu il-parsec (simbolu pc), unità li ġejja mit-teknika sperimentali għall-kejl tad-distanzi permezz tal-parallassi anwali tal-istilla li jkunu qegħdin josservaw. Parsec hu d-distanza mix-xemx ta' punt fl-ispazju li minnu il-linji għad-dinja u x-xemx jagmlu angolu ta' sekonda tal-ark. Hu ekwivalenti għal madwar 3.26 snin dawl.
L-unità astronomika (simbolu ua), ibbażata fuq id-distanz bejn id-dinja u x-xemx, tintuża sikwit, l-iżjed għal oġġetti relativament qrib (fuq l-iskala astronomika). Unita astronomika hi ekwivalenti għal madwar 8.32 minuti dawl u sena dawl hi ekwivalenti għal 63241.077 ua.
Irridu noqogħdu attenti li bħalissa hemm valur ieħor li qiegħed jintuża għad-distanza sena dawl:10,000,000,000,000 (għaxart elef biljun) kilometru. Dan il-valur hu interessanti għax wieħed jista' jiftakru faċilment. Min ikun qiegħed jaqra xi artiklu li juża s-sena dawl irid ikun jaf b'din id-differenza (in fatti hemm madwar 5.4 % bejn iż-żewġ valuri). Però, fil-verità, is-sena dawl iżjed tintuża biex turi l-ordni tal-kobor jew id-distanzi approssimati u f'dan il-kuntest id-differenza mhux sinjikattiva.
Unitajiet iżgħar
immodifikaMeta nimmoltiplikaw il-veloċità tad-dawl b'xi ħin li nagħżlu, nistgħu niddefinixxu unitajiet oħra li jiġu minn xulxin bħal, pereżempju, is-siegħa dawl li tiġi 1,079,252,848.8km.
- Nota
Ix-xahar dawl ma jintużax billi mhuwiex definit preċiżament: hemm bżonn ngħidu eżatt jekk ix-xahar dawl huwiex pereżempju 30 jum dael jew it-tnax il-parti ta' sena dawl. Din l-unità intrinżikament għandha nuqqas ta' preċiżjoni li hi kbira wisq imqabbla mal-unitajiet astronomiċi l-ohra. L-istitutizzjonijiet uffiċjali ftit ma tantx jinteressawhom dawn l-unitajiet derivati minn sena dawl.
Eżempji
immodifika- Il-Qamar jorbita 1.28 sekondi dawl 'il bogħod mid-Dinja].
- Id-distanza Dinja - Marte tvarja bejn wieħed u ieħor bejn 3 u 22 minuta dawl.
- B'mod simili id-dinja torbita 8.32 minuti dawl 'il bogħod mix-xemx.
- Nettunu (il-pjaneta l-iżjed 'il bogħod mix-xemx) tinsab 4.17 snin dawl 'il bogħod mix-xemx. Imbagħad Plutone jorbita 4.11 sigħat dawl u 6.83 sigħat dawl 'il bogħod mix-xemx.
- Sal-2013, Voyager 1 kien jinsab 17-il siegħa dawl 'il bogħod mix-xemx.
- Is-Sħaba ta' Oort, 'il barra mis-sistema solari, qiegħda madwar żewġ snin dawl 'il bogħod mix-xemx.
- L-eqreb stilla (barra x-xemx), Proxima Centauri, qiegħda 4.22 snin dawl 'il bogħod.
- Ir-raġġ tal-Univers osservabbli għandu tul ta' madwar 46.6 biljun snin dawl. Ħafna jagħmlu l-iżball komuni u jaħsbu li dan ir-raġġ hu twil 13.6 biljun snin dawl billi l-età tal-univers hi 13.6 biljun sena u li xejn ma jaqbeż il-veloċità tad-dawl. Ir-raġġ tal-univers hu itwal ħafna minn hekk għax irridu nieħdu fil-konsiderazzjoni l-espansjoni intergalattika.