Is-Sataniżmu jista’ jirreferi għal numru ta’ twemminijiet, jiddependi fuq min juża it-terminu u f’liema kuntest. Użu komuni tal-kelma ġeneralment jirreferi għall-adorazzjoni ta’ Satana kif inhu mifhum fil-kuntest Nisrani, jew il-prattika tal-maġija ritwalistika. [1]

Ġeneralment, il-kelma Sataniżmu hija użata minn studjużi biex jiddeskrivu għadd ta twemminijiet u prattiċi spiritwali; l-aktar tnejn sinjifikanti huma Sataniżmu LaVeyan (jew Sataniżmu Reliġjuż) u Sataniżmu Teistiku. [2] Kull Satanist jemmen li il-forma ta’ Sataniżmu li minha hu jagħmel parti hi il-veru tip ta’ Sataniżmu, u jsejjaħ lilu nnifsu Satanist, mingħajr l-użu tal-suffiss kif preżentat fuq dan l-artiklu.

Sataniżmu LaVeyan

immodifika

Fis-Sataniżmu LaVeyan, is-Satanist ma jadurax lil Satana fis-sens teistiku, imma jieħu rwol ta’ l-avversarju tat-twemminijiet spritwali. It-terminu Satanist LaVeyan, jew Satanist simboliku jew reliġjuż, huwa wżat minn Satanisti oħra biex jirreferu għal min isegwi il-kitbiet tal-fundatur tal-Knisja ta’ Satana, Anton Szandor LaVey, u is-suċċessuri tiegħu, bħal Peter H. Gilmore. [3][4]

It-twemmin, jew aħjar il-prattiċi, konnessi ma’ din is-sistema m’humiex relatati ma’ l-ebda reliġjon jew fidi oħra, u jinkludu elementi minn filosofija edonista, oġġettivista, Nietzscheana, u ateiżmu. Il-membri jħossu li huma liberi li jissodisfaw il-bżonnijiet materjali responsabbilment, jesprimu mħabba u rispett lill-ħbieb u qraba, u jattakkaw l-għedewwa.[5]

Is-Sataniżmu LaVeyan huwa bbazat madwar it-tagħlim u kitbiet ta’ Anton Szandor LaVey, il-fundatur tal-Knisja ta’ Satana. Wara il-mewt ta’ LaVey, it-tifla tiegħu Karla LaVey akkużat 'il-Knisja ta’ Satana li saret wisq kummerċjali u li mxiet wisq 'il bogħod mit-tagħlim originali ta’ missierha. B’hekk, iffundat organizzazjoni oħra, bl-isem ta’ L-Ewwel Knisja Satanika, li allegatament hija aktar vicin għat-tagħlim oriġinali ta’ Anton LaVey.[6]

Matul iz-żmien, kien hemm għadd ta’ organizzazjonijiet oħra iffundati li jistgħu jitqiesu bħala riformisti tal-Knistja ta’ Satana, b’livelli varji ta’ suċċess. Dawn jistgħu jeskludu sezzjonijiet tat-tagħlim ta’ LaVey, jew jinkludu tagħlim u filosofiji ta’ persuni oħra (bħal Aleister Crowley) f’dik ta’ LaVey. Il-Knisja ta’ Satana tirriġetta dawn il-gruppi. [7]

Sataniżmu Teistiku

immodifika

Is-Sataniżmu Teistiku, msejjaħ anke sataniżmu spiritwali, jinkludi għadd ta’ gruppi. Xi gruppi jikkunsidraw lilhom infushom bħala Satanisti ta’ veru, filwaqt li gruppi oħra iqisu ir-realta’ bħala suġġettiva u jqisu kwistjonijiet bħal “veru u falz” bħala il-ġenn ta’ fanatici. L-element li jaghqqad il-gruppi kollha taht din it-tikketta hu il-fatt li huma jemmnu f’xi forma ta’ entita’ esterna hekk imnsejha Satana, Luċifru, jew ismijiet ta' xjaten oħra relatati.

Sataniżmu Anti-Kristjan

immodifika

Waħda mill-verżjonijiet tas-Sataniżmu Teistiku hi dik hekk imsejħa Sataniżmu Anti-Kristjan; dan it-terminu huwa ġeneralment użat minn gruppi ta’ Satanisti Teistici oħra biex jiddistingwu lilhom infushom minn dawn, u aċċettat f’livelli differenti minn gruppi li huma mogħtija din it-tikketta. Gruppi msejħa Satanisti Anti-Kristjani jingħad li jipprattikaw dak li il-Kristjani jgħidu li is-Satanisti jagħmlu, u jqimu dak li il-Kristjani jikkunsidraw bħala l-għadu ta’ Kristu u Alla. Huma jibbazaw il-kunċett ta’ Satana fuq id-deskrizzjoni tiegħu fil-bibbja u kredu Kristjan. Gruppi oħra ta’ Satanisti Teistici ma jaċċettawx il-veżjoni Kristjana ta’ Satana u ix-xjaten, u jibbażaw il-kunċett tiegħu fuq esperjenzi spiritwali u talb.[8]

Luċiferjaniżmu

immodifika

Luċiferjaniżmu huwa żvilupp riċenti ta’ Sataniżmu li jinkludi elementi minn dak LaVeyan fi twemmin teistiku. L-opinjoni tagħhom ta’ Satana tista’ tinkorpora xi kunċetti minn reliġjonijiet kontemporanji tal-punent, bħal per eżempju l-adorazzjoni tiegħu bħala missier. Jistgħu wkoll jagħtu interpretazzjoniet differenti tal-Bibbja biex jiġġustifikaw il-viżjoni tagħhom.

Sataniżmu f'Malta

immodifika

Għalkemm m’hemm l-ebda grupp jew setta li ħarget stqarrija pubblika fuq l-eżistenza tagħha, huwa mifhum li is-Sataniżmu huwa prattikat fil-gżejjer Maltin. Bl-għan li tinħoloq kuxjenza, u tigi provduta assistenza għall-Kattoliċi Maltin li jiffaċċjaw problemi relatati mas-Sataniżmu, il-Knisja ħolqot il-Kummisjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu. [9] Is-suġġett tas-Sataniżmu gie diskuss estensivament fi programmi televisivi bħal Bondi+ u Xarabank, u jingħata importanza fuq forom ta’ media oħra.[10]


Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ satanism - Definitions from Dictionary.com
  2. ^ Satanism
  3. ^ "Satanism 101". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-03-29. Miġbur 2008-05-24.
  4. ^ Satanism
  5. ^ Satanism
  6. ^ "First Satanic Church". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-04-18. Miġbur 2008-05-24.
  7. ^ Pretenders to the Throne - Peter H. Gilmore
  8. ^ Satanism
  9. ^ "Informazzjoni dwar il-KOS". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-08. Miġbur 2008-05-24.
  10. ^ "L-ewwel paġna tal-gazzetta Illum tal-11 ta' Mejju 2008" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-12-22. Miġbur 2008-05-24.

Bibljografija

immodifika
  • Michelet, Jules (1862). Satanism and Witchcraft: The Classic Study of Medieval Superstition. ISBN 978-0-8065-0059-1. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |belt= (għajnuna) Considered the first modern work to discuss Satanism.
  • Cavendish, Richard (1967). The Black Arts: An Absorbing Account of Witchcraft, Demonology, Astrology, and Other Mystical Practices Throughout the Ages. ISBN 978-0-399-50035-0. Summary of the history of Witchcraft, Satanism, and Devil Worship in the last part of the book.
  • Zacharias, Gerhard (1980). The Satanic Cult. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |1= u |belt= (għajnuna) Traduzzjoni meħuda mill-edizzjoni Ġermaniż tas-sena 1965 radott minn Christine TrollopeTranslated from the 1964 German edition by
  • Medway, Gareth (2001). Lure of the Sinister: The Unnatural History of Satanism. ISBN 978-0-8147-5645-4.

Ħoloq esterni

immodifika