US Sassuolo Calcio

(Rindirizzat minn Sassuolo Calcio)

Unione Sportiva Sassuolo Calcio huwa klabb tal-futbol Taljan, ibbażat ġewwa Sassuolo, Emilia-Romagna.

US Sassuolo Calcio
Isem sħiħ

Unione Sportiva Sassuolo

Calcio
Ismijiet oħra Neroverdi (Il-Ħodor u s-Suwed)
Fundazzjoni 1922
Grawnd Mapei Stadium – Città del Tricolore, Reggio Emilia
Proprjetarju Giorgio Squinzi
President Carlo Rossi
Kowċ Eusebio Di Francesco
Kampjonat Serie A
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Mill-istaġun 2013–14, il-klabb beda jilgħab fis-Serie A għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, wara li kien rebaħ it-titlu tas-Serie B 2012–13.

Il-klabb twaqqaf fl-1922.

Sassuolo telgħu fis-Serie C1 fl-2006, wara li rebħu l-play-offs tal-promozzjoni billi għelbu lil Sansovino fil-finali. Fis-snin ta' wara, Sassuolo pruvaw ikunu konkorrenti serji għal promozzjoni fis-Serie B, iżda naqsu li jitilgħu fl-2007, b'Gian Marco Remondina bħala kowċ prinċipali, huma tilfu l-promozzjoni mmedjata kontra Grosseto fil-jiem tal-finali tal-istagun, u kienu megħluba mit-tim klassifikat il-ħames post, Monza fil-play-off tas-semi-finali. Imbagħad, Remondina telaq lil Sassuolo biex jissieħeb ma klabb tas-Serie B Piacenza, u l-eks plejer tas-Serie A Massimiliano Allegri kien magħżul bħala kowċ prinċipali ġdid.

Taħt Allegri, Sassuolo malajr qajmu t-tamiet tagħhom biex jiksbu promozzjoni għas-Serie B; dan wasal fis-27 ta' April 2008, meta huma rebħu t-titlu tas-Serie C1/A, b'hekk żguraw il-promozzjoni storika fis-Serie B, għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb.[1]

Wara l-promozzjoni tan-neroverdi' għat-tieni livell tal-futbol Taljan, Allegri telaq lil Sassuolo biex jimla l-pożizzjoni tal-kowċ prinċipali tal-klabb tas-Serie A Cagliari. F'Lulju 2008, il-klabb ħabbar li mela din il-pożizzjoni billi ħatar l-eks kowċ ta' Atalanta u Siena Andrea Mandorlini għall-istaġun 2008–09.

Sassuolo kellhom bidu sorprendenti fil-kampanja 2008–09 u kisbu post fil-play-offs tal-promozzjoni għal żmien twil ħafna, iżda rnexxielhom jirbħu biss żewġ punti fl-aħħar 5 logħbiet u eventwalment spiċċaw fis-7 post. Minkejja staġun ta' suċċess, Mandorlini telaq lil Sassuolo b'kunsens reċiproku f'Ġunju 2009. Huma ħatru lil eks kowċ ta' Piacenza Stefano Pioli fil-11 ta' Ġunju 2009.

Suċċessivament, Sassuolo kwalifikaw għall-play-offs tal-promozzjoni tas-Serie B fl-istaġun 2009–10 billi ġew ir-raba' post, u fl-istaġun 2011–12 ġew it-tielet post, iżda ġew eliminati fis-semi-finali fiż-żewġ staġuni.

Madankollu, fl-istaġun 2012-13, taħt il-gwida tal-kowċ prinċipali ġdid Eusebio Di Francesco, Sassuolo rebħu t-titlu tas-Serie B, b'hekk kisbu l-promozzjoni diretta fis-Serie A u żguraw l-ewwel kampanja għall-ogħla kampjonat Taljan fl-istaġun 2013–14.

Matul it-taħriġ tal-pre-staġun, Sassuolo komplew is-suċċess tagħhom billi rebħu t-Trofew TIM wara li tilfu ma' Juventus bil-penalties u għelbu lil Milan 2-1. Sassuolo huwa l-ewwel tim li rebaħ dan it-trofew, apparti minn Milan, Inter u Juventus.

Fil-25 ta' Awwissu 2013, Sassuolo lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fis-Serie A, kontra Torino barra minn darhom fejn tilfu 2-0.[2] It-tieni logħba kienet l-ewwel logħba f'darhom, kontra Livorno. Simone Zaza skorja l-ewwel gowl għal Sassuolo fl-ogħla kampjonat fejn huma tilfu bl-iskor ta' 4-1.[3] It-tim kiseb l-ewwel punt tiegħu fil-ħames logħba, fil-25 ta' Settembru barra minn darhom kontra Napoli. Zaza ugwalizza l-logħba fid-dro ta' 1-1, fejn għall-ospiti spiċċa l-bidu perfett tal-istaġun.[4] Ftit wara, Sassuolo kisbu l-ewwel punt f'darhom fid-dro ta' 2-2 kontra Lazio.[5] Fl-20 ta' Ottubru 2013, Sassuolo rebħu l-ewwel logħba tagħhom fis-Serie A, billi għelbu lil Bologna 2-1 f'darhom grazzi għal gowls ta' Domenico Beradi u Antonio Flores Flores, biex b'hekk il-klabb inqala mill-qiegħ.[6]

Il-kuluri tal-klabb oriġinaw minn kit donat mill-klabb Ingliż Lancaster Rovers. Il-kuluri tat-tim huma aħdar u iswed.

 
Stadio Alberto Braglia kien jintuża għal logħob ta' Sassuolo meta kienu jilgħabu fis-Serie B.

Il-grawnd ta' Sassuolo, Stadio Enzo Ricci, xorta għadu jintuża għat-taħriġ, iżda minħabba l-kapaċità żgħira tiegħu (4,000), il-klabb beda jilagħab l-istaġuni tas-Serie B fl-iStadio Alberto Braglia ġewwa Modena.[7]

Mill-istaġun 2013-14, l-ewwel kampanja fis-Serie A għall-klabb, Sassuolo se jilgħabu ġewwa Reggio Emilia fir-rinovat Stadio Città del Tricolore (qabel kien imsemmi Stadio Giglio) fi ftehim ta' tqassim mal-klabb tal-Lega Pro Prima Divisione Reggiana.[8]

Plejers notevoli

immodifika
Ara wkoll: Kategorija:Plejers ta' US Sassuolo Calcio.

Referenzi

immodifika
  1. ^ La Repubblica, ed. (27 ta' April 2008). "Sassuolo e Salernitana in serie B, promozione storica per gli emiliani" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/300466
  3. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/299347/report
  4. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/299246/report
  5. ^ http://www1.skysports.com/football/live/match/303022/report
  6. ^ http://forzaitalianfootball.com/2013/10/sassuolo-2-1-bologna-neroverdi-leapfrog-rossublu-after-home-win/
  7. ^ "Sito ufficiale US Sassuolo Calcio – La Società". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-09-09. Miġbur 2013-08-24.
  8. ^ http://www.gazzetta.it/Calcio/Squadre/Sassuolo/notizie/24-06-2013/sassulo-trofeo-tim-juve-milan-20647501610.shtml

Ħoloq esterni

immodifika