Roger de Pins

Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann

Roger de Pins (1294 – 28 ta’ Mejju 1365) kien Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann mill-1355 sal-1365.[1][2]

Roger de Pins
28. Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

24 Awwissu 1355 - 28 Mejju 1365
Pierre de Corneillan - Raymond Bérenger (en) Translate
grand prior of Saint-Gilles (en) Translate

27 Lulju 1354 - 24 Awwissu 1355
Pierre de Corneillan
Ħajja
Twelid 1294
Nazzjonalità Renju ta' Franza
Mewt 28 Mejju 1365 (Gregorian)
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied
commander hospitaller (en) Translate
reliġjuż
bniedem militari

Bijografija

immodifika
 
Armi tal-Gran Mastru Roger de Pins

Ftit hu magħruf dwar il-ħajja bikrija ta' de Pin minbarra l-fatt li kien minn Provence, fejn twieled fl-1294. Roger de Pins kien minn familja prominenti fl-Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann, li kienet tinkludi lil Odon de Pins, li serva bħala grandmastru tal-ordni mill-1294 sal-1296, u Giraud de Pins, li serva bħala l-kap maħtur mill-Papa f'Rodi bejn l-1317 u l-1319 meta kien hemm kunflitt madwar il-granmastru Foulques de Villaret.[3]

Huwa ġie elett gran mastru f'Settembru tal-1355, wara Pierre de Corneillan . Ftit wara l-ħatra tiegħu, il-Papa Innoċenz VI sejjaħ assemblea f'Avignon, li fiha impona riforma fuq l-Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann. Ir-riforma, madankollu, dgħajfet l-awtorità ta' de Pins u wriet li l-Papa kien jippreferi lil avversarju tiegħu, Juan Fernández de Heredia.[4]

Fl-1356, Ġakbu tal-Piemonte, Prinċep titulari ta' Akea, ippropona li jbigħ it-titlu tiegħu bħala Prinċep ta' Akea lill-Papa. Il-Papa kkunsidra li jixtrih għall-Ordni, iżda sa meta d-delegazzjoni tal-Kavallieri waslet Avignon fl-1357, l-Imperatur Titulari Latin Robert II kien irrifjuta li jaċċetta l-ftehim, u waqa' kollox.[5]

Roger de Pins huwa mfakkar primarjament għall-ġenerożità u l-kompassjoni tiegħu meta serva bħala gran mastru tal-Ordni. Jingħad li matul ir-renju tiegħu Rodi ntlaqtet mill-pesta u l-ġuħ, u de Pins ipprovda lin-nies, żamm għalih biss dak li kellu bżonn kemm jgħix.[bżonn referenza]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "The Grand Masters". Sovereign Order of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-11.
  2. ^ Sire, Henry (1996). The Knights of Malta. Yale University Press. ISBN 978-0300068856.
  3. ^ Delaville Le Roulx, Joseph (1913). Les Hospitaliers à Rhodes jusqu'à la mort de Philibert de Naillac (1310–1421) (bil-Franċiż). p. 13.
  4. ^ Delaville Le Roulx, Joseph (1913). Les Hospitaliers à Rhodes jusqu'à la mort de Philibert de Naillac (1310–1421) (bil-Franċiż). pp. 130–131.
  5. ^ Delaville Le Roulx, Joseph (1913). Les Hospitaliers à Rhodes jusqu'à la mort de Philibert de Naillac (1310–1421) (bil-Franċiż). pp. 132–133.
Predeċessur
Pierre de Corneillan
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1355–1365

Suċċessur
Raimundo Berenguer