Robert Tappan Morris
Robert Tappan Morris (twieled fit-8 ta' Novembru 1965) huwa informatiku u imprenditur Amerikan. Hu hu l-iktar famuż għal Morris Worm, ikkunsidrat bħala l-ewwel worm tal-kompjuter li qatt sar.[1] Kawża ta' dan ġie pproċessat u sar l-ewwel persuna li ġie kkundannat taħt l-Att tal-Frodi u Abbuż fuq il-Kompjuter.[2]
Robert Tappan Morris | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Massachusetts (mul) , 8 Novembru 1965 (59 sena) |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Familja | |
Missier | Robert Morris |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Harvard Harvard School of Engineering and Applied Sciences (en) Massachusetts Institute of Technology (en) Università ta' Cornell Delbarton School (en) |
Direttur tat-teżi | H. T. Kung (en) |
Studenti dottorali |
Eddie Kohler (en) Douglas Seraphim James De Couto (en) Jeremy Andrew Stribling (en) Jinyang Li (en) Alexander Siumann Yip (en) Jacob Alo Strauss (en) Jayashree Subramanian (en) Neha Narula (en) Silas Boyd-Wickizer (en) Yandong Mao (en) Maxwell Norman Krohn (en) Emil Sit (en) Frank Edward Dabek (en) Athicha Muthitacharoen (en) Benjie Chen (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
xjenzat informatiku professur |
Impjegaturi | Massachusetts Institute of Technology (en) |
Premjijiet |
List
|
Sħubija | Association for Computing Machinery (en) |
Bijografija
immodifikaL-ewwel snin
immodifikaMorris twieled fl-1965 minn Robert Morris u Anne Farlow Morris. Missieru kien informatiku f'Bell Labs, fejn għen jiddisinja s-sistemi operattivi ta' Multics u Unix. Morris attenda l-Università ta' Harvard, u aktar tard daħal bħala student gradwat fl-Università ta' Cornell. Fl-ewwel sena tiegħu hu kiteb worm tal-kompjuter li wasslet biex ħarbat diversi kompjuters fis-snin tal-bidu tal-internet. Din wasslitu quddiem il-qorti sena wara.
Morris Worm
immodifikaIl-worm ta' Morris ġie żviluppat fl-1988 waqt li kien jattendi l-Università ta' Cornell.[2] Hu stqarr li kien iddisinjat biex jara d-daqs tal-internet. Il-worm tnieda minn MIT, minflok Cornell.[2] Dan il-worm sfrutta numru ta' dgħufijiet sabiex jidħol fis-sistemi mixtieqa, fosthom:
- żball fis-sendmail, il-programm użat biex jamministra l-posta elettronika;
- żball fil-finger, li jippermetti li jiġi esegwit kodiċi remot;
- programm li jippermetti li wieħed jara informazzjoni dwar utent tas-sistema permezz ta' RSH.
Il-worm kien ipprogrammat sabiex jiċċekkja kull kompjuter li jsib jekk l-infezzjoni seħħitx diġà. Madanakollu, Morris ħaseb li xi amministraturi jistgħu jegħlbu lil dan il-worm billi jagħtu struzzjonijiet lill-kompjuter sabiex jirraporta falz pożittiv. Biex jikkumpensa għal din il-possibilità, Morris għamel li l-worm jikkopja lilu nnifsu xorta waħda irrelevanti mir-rispons tal-interrogazzjoni dwar l-istat tal-infezzjoni.
Dan il-livell ta' persistenza wassal għal tagħbijiet li mhux biss ġabu l-attenzjoni tal-amministraturi tas-sistemi, imma fixklu l-kompjuters immirati. Matul il-ġuri, ġie stmat li l-ispiża ta' "telfien ta' produttività" kawża tal-worm u l-isforzi sabiex jitneħħa mis-sistemi kien ta' bejn $200 u $53,000.[2]
Referenzi
immodifika- ^ Kehoe, Brendan P. "The Robert Morris Internet Worm" (bl-Ingliż). MIT.
- ^ a b ċ d "US v. Morris, 928 F. 2d 504 - Court of Appeals, 2nd Circuit 1991" (bl-Ingliż). Google Scholar.