Riżerva Naturali tal-Flora fil-Ġibs
Ir-Riżerva Naturali tal-Flora fil-Ġibs (bl-Ingliż: Chalk Flora Nature Reserve; bl-Ukren: Крейдова флора (заповідник)), magħrufa wkoll bħala r-Riżerva Naturali tal-Flora Kretaċja, hija riżerva naturali protetta tal-Ukrajna li tinsab fuq xaqlibiet tal-ġibs (xjentifikat magħruf bħala karbonat tal-kalċju) fil-beraħ tal-għoljiet tul ix-xmara Donets. Ir-riżerva tinsab fid-distretti amministrattivi ta' Lyman u Sloviansk tal-Oblast ta' Donetsk.[1] Hija sottounità tar-Riżerva Naturali tal-Isteppa Ukrena, mifruxa fuq 1,134 ettaru.
Topografija
immodifikaIs-superfiċe tar-riżerva tinsab madwar 50-70 metru 'l fuq mit-territorju tal-madwar, u wieqfa b'pendil sa 70 grad. Iż-żona tar-riżerva ġiet ippreservata fil-biċċa l-kbira tagħha minħabba li l-art mhix adattata għall-agrikoltura.[1]
Klima u ekoreġjun
immodifikaIl-klima tar-Riżerva Naturali tal-Flora fil-Ġibs hija klima kontinentali umduża bi sjuf sħan (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen ta' Dfb). Din il-klima hija kkaratterizzata minn differenzi staġonali kbar fit-temperatura u minn sjuf sħan (mill-inqas erba' xhur b'medja ta' iktar minn 10 °C (50 °F), iżda l-ebda xahar b'medja ta' iktar minn 22 °C (72 °F).[2][3]
Flora u fawna
immodifikaKważi terz mit-territorju tar-riżerva huwa miksi mill-foresti, imdawra mill-isteppa. Il-foresti tipikament huma tas-siġar taż-żnuber jew tal-betulli. L-isteppa hija ta' varjetà b'diversi tipi ta' ħaxix li jinstabu fir-reġjuni Ukreni medji, fuq ħamrija bil-ġibs u ħamrija sewda.[1]
Użu pubbliku
immodifikaBħala riżerva naturali stretta, l-iskop primarju tar-riżerva huwa l-protezzjoni tan-natura u l-istudju xjentifiku. L-aċċess tal-pubbliku huwa pprojbit.[1]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d "Український степовий природний заповідник | Україна Інкогніта". web.archive.org. 2010-04-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-06. Miġbur 2022-04-02.
- ^ "Klima" (PDF).
- ^ "Data Catalog". datacatalog.worldbank.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.