Plantigrad huwa annimal li joqgħod wieqaf u li jimxi bil-piż ta' ġismu fuq il-qiegh kollu tal-pala tas sieq imserraħ jew imiss ma' l-art (lokomozjoni plantigradali) u dawn jinkludu il-bniedem, l-orsijiet u ħafna mammiferi oħra. Ġeneralment dawn l-annimali huma ħafna aktar goffi fil-movimenti tagħhom minn annimali b' tip ta' lokomozjoni ieħor.

L-Ghadam tal-pala tas-sieq, tal-bniedem (eżempju ċar ta' Plantigrad)
Procyon lotor eżempju ċar ta' annimal Plantigrad tal-familja Procyonidae

Filwaqt li diġitigrad normalment joqgħod wieqaf u jimxi fuq il-falanġi distali jew distali u l-falangi intermedji jew falanġi tan-nofs, il-plantigrad joqgħod wieqaf u jimxi fuq il-podjali u l-metatarsali u dawn ċatti u jmissu ma' l-art jiffurmaw il-qiegħ tal-pala tas-sieq. Lokomozjoni plantigradali hija tip ta' lokomozjoni meqjusa bħala waħda anqas speċjaliżata jew anqas evoluta minn lokomozjoni diġitigradali jew lokomozjoni unguligradali.

Hemm differenzi anatomiċi kbar, bejn is-sieq ta' plantigrad u s-sieq ta' diġitigrad. Annimali plantigradi għandhom il-karpali u t-tarsali relativament qosra u b' hekk dawn l-għadam, huma ppużizjonati ferm aktar 'l isfel minn fejn huma ppużizjonati fis-saqajn ta' diġitigrad u jikkorispondu għal-għadam ta' l-għaksa fil-bniedem. Dan il-fattur, effetivament inaqqas sew it-tul, kemm tal-pal ta' l-idejn kif ukoll tas-saqajn ta' l-annimali plantigradi.

Peress li s-superfiċi li tmiss ma' l-art u li trid tinqata minn ma' l-art hija ġeneralment akbar, u minnħabba ukoll li t-tul tas-sieq huwa ħafn' anqas, hemm tendenza li bil-lokomozjoni plantigradali l-movimenti jkunu ta' rapidita minuri.

Eżempji ta' annimali Plantigradi

immodifika
 
Ursus arctos eżempju ċar ta' annimal Plantigrad tal-familja Ursidae

Ara ukoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Yes, the Shin Bone Is Connected to the Ankle Bone
  • Saqajn, Idejn u Lokomozjoni Kursorja. Myers, P., R. Espinosa, C. S. Parr, T. Jones, G. S. Hammond, and T. A. Dewey. 2006. The Animal Diversity Web (online). Accessed January 06, 2007.
  • DeBlase, A. F., and R. E. Martin. 1981. A manual of mammalogy. Second Edition. Wm. C. Brown, Publishers. Dubuque, Iowa. xii+436 pp.
  • Hildebrand, M. 1974. Analysis of Vertebrate Structure. John Wiley & Sons, Inc, New York. xv+710 pp.
  • Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Harcourt Brace Jovanovich, Publishers, Orlando Fl. vii+576 pp.