Pika ta' Sardinja


Il-Pika ta' Sardinja (Prolagus sardus), jew kif inhu magħruf ukoll Prolagu, kien mammiferu plaċentat nattiv tal-gżejjer ta' Sardinja u Korsika fil-Mediterran sakemm ġie estint lejn l-aħħar tas-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19. Uħud mill-ewwel awturi ta' Sardinja kitbu dwar dan il-lagomorfu u ddeskrivew dan il-mammiferu bħala "fenek ġgant mingħajr denb". Hemm ukoll ħjiel li n-Nuraġiċi, il-poplu antik ta' Sardinja kien jiekol dan il-lagomorfu u kien iqisu bħala prelibatezza.

Pika ta' Sardinja
Tpinġijja tal-Pika ta' Sardinja Prolagus sardus bi żbal żgħir għax din kienet speċi b' denb żgħir u ma jidhirx.
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Prolagidae
Gureev, 1964
Ġeneru: Prolagus
Pomel, 1853
Speċi: P. sardus
Isem binominali
Prolagus sardus
Wagner, 1832

Ħafna nies jemmnu li l-pika ta' Sardinja għadu jeżisti u jinsab jgħix fil-partijiet tas-selvaġġ fil-qalba lejn iċ-ċentru tal-gżira ta' Sardinja u oħrajn jemmnu li dan il-mammiferu ġie estint fi żmien ħafna aktar riċenti minn dak li jaħsbu x-xjentisti. Hemm ħafna rapporti minn nies li jgħidu li raw il-Pika ta' Sardinja iżda sal-lum l-ebda każ ma ġie verifikat.

Distribuzzjoni

immodifika

Il-pika ta' Sardinja kien mifrux maż-żewġ gżejjer ta' Sardinja u Korsika fil-Mediterran.

Klassifikazzjoni

immodifika

Sinonimi

immodifika

Il-Pika ta' Korsika, li qabel kien magħrufha bħala Prolagus corsicanus, illum il-ġurnata huwa meqjus bħala konspeċifiku mal-Pika ta' Sardinja u b'hekk sinonimu ta' Prolagus sardus.

Referenzi

immodifika
  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 193-194. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Lagomorph Specialist Group (1996).Prolagus sardus. Lista Ħamra tal-IUCN 2006.