Opossum irqiq ta' rasu dejqa
L-Opossum irqiq ta' rasu dejqa jew Opossum irqiq ta' wiċċu rqiq, magħruf xjentifikament bħala Marmosops cracens, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum irqiq ta' rasu dejqa | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Nuqqas ta' data (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Marmosops |
speċi | Marmosops cracens ,
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Dan l-opossum irqiq arborju (tas-siġar) ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti tropikali tax-xita kemm ta' l-artijiet baxxi kif ukoll tal-muntanji.
Dieta
immodifikaL-Opossum irqiq ta' rasu dejqa huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati żgħar oħra.
Distribuzzjoni
immodifikaDan l-opossum irqiq tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel jinsab jgħix f'lokalità waħda biss u għandu distribuzzjoni ristretta ħafna fil-Majjistral tal-Veneżwela u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż. Marmosops cracens instab l-ewwel darba viċin La Pastora (11°12'N, 68°37'W) fl-istat ta' Falcón, fil-Veneżwela.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura
Ħoloq Esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996.Marmosops cracens In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Tassonomija tal-Mammiferi.